Fruntieri/Paċi
Dan ix-xogħol inqara fis-serata organizzata minn Aphroconfuso waqt il-Festival of Ideas 2025. Is-serata seħħet fis-Sala Isouard tat-Teatru Manoel fid-9 ta’ Ottubru.
-
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
- Indħil Barrani
Il-Lingwa
tal-Ewropa Hijal-Ipokrizija ul-Flus (tr Joe Gatt)
Qisek tkun mitluq fuq wiċċ
l-oċean , tisma’t-tkarwit ta’ qiegħil-baħar f’widnejk, waqt li fuqek, bħalfl-1 ta’ Mejju 1999, disat ijiem qabel għeluqid-disa ’ sena tiegħi, jetstan-NATO jtirumid-direzzjoni tal-baħar bħal għasafartal-passa sejrin lejnl-art .Il-fatt li ftakartdil-immaġni li kont ilni li nsejt waqt li qed nikteb dwaril-lingwa bħala mezz ta’ paċi u taqbid probabbli jgħid xi ħaġa dwari. Psikoloġikament ma jimpurtanixx’jgħid dwari. Lingwistikament juri li, meta nikteb, għandi bżonn nimxifil-lingwa b’mod assoċjattiv, mingħajr ma nħossni li qed naħrab minn xi ħaġa jew li għandi nagħti prova ta’ xi ħaġa lil xi ħadd. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
#Amerkapost Tqila
(tr Joe Gatt)
Il-ħaddiema
tat-tifi tan-nar qed jippassiġġaw u jħabirku. Jirrispettaw żaqqi u jagħmlulnal-wisa ’. Kill Bill. Min qallek tara dakil-film meta int daqshekk tqila? qaltli Karine. Għadha ma tkellimnixsal-ġurnata tal-lum. Minn dakinhar.Is-sala taċ-ċinema mimlija. Ċomp ċomp.Il-popcorn f’ħalqi u Thurman tiftaħ għajnejha f’rasi. Tumm-tumm-tumm. Thurman timxi f’rasi. Sparar. Ħġieġ. Għarusa bajda b’żaqq ħobla u ħafna demm. Baħar ta’ demm. Kollox aħmar. Dakil-period tiegħi? Kif jista’ jkun? Jien tqila. Daħlet ġo żaqqi. Dawret kollox ta’ taħt fuq. Naħrab.L-għarusa qed tiġri warajja. Karine u Thurman ġo rasi. Tliftha ’l Karine dakinhar. Ma tkellimnix, ma tgħidlix saħħa. Dari hija ġufi. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Shaft
taż-Żibel (silta)(tr Joe Gatt)
Dawk
ir-roti tal-ġenerazzjonil-ġdida , Десна-два, kellhom roti żgħar imma jservu, frame jintewa, u prezz għoli żżejjed mgħolli jerġa’ iktar minn dawk il mingħulatal-black market. Madankollu,is-sidien tal-Десна-два, jew anzil-ġenituri tagħhom, ma kinux qammiela għaxfl-Unjoni Sovjetika xejn ma ħadem daqstant tajjeb daqsl-istituzzjoni tat-tqanqiltal-għira . Ġenituri foqra Sovjetiċi kienu jagħmlu iktar milli jistgħu biex ma jidhrux inferjuri għall-oħrajn, u kienu jixtrudir-rota “lussuża” għat-tfal tagħhom. Anki kienu jippruvaw jgħallmuhom jirkbuha binhar ufil-beraħ , biex iġiegħlu nies relattivamentfil-bżonn jiħdarubl-għira . Xejn ma kien meqjus kitsch daqsil-wiċċ daħqani ta’ tfajjel riekeb Десна-два, u peress lil-Unjoni Sovjetika nnifisha kienet ċappa magħquda ta’ ħażen u kitsch, wiċċ simili spiss kien jinstab fuqil-mużajk ,il-posters u ankil-bolol . Immaż-żgħażagħ Sovjetiċi kienu jiġu jitnejku minn dan; għall-kuntrarju, trid tara kif kienu jitolbu għall-inġiniera ud-disinjaturi tar-roti, ifaħħru jdejhom ul-imħuħ perspikaċi tagħhom talli waħħlulha seat fuq wara. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt?Introduzzjoni
L-immaġni
tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħetil-gwerra fuql-Ukrajna , reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa.X’sar minnudal-proxxmu bla isem? Fejn marbir-rota ,dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofsdil-ħerba ? U kienet proprju dinl-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejthar-rota meta ħrabt?”X’sar minnudar-raġel , u hemm xi ħadd li jimpurtah?Il-ġenerożità lejnir-refuġjati Ukreni filwaqt lil-Ewropa tkompli tibnil-ħitan tal-fortizza kontra kulħadd, tfakkarnafil-barbariżmu tal-mexxejja tagħna. B’dinil-poeżija , ul-oħrajn kollha miġbura hawn, ridt infakkarlill-mexxejja tagħna f’danir-raġel anonimu miexibir-rota , li jista’ jmut bħala konsegwenzatad-deċiżjonijiet tagħhom.