Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Diċembru 2025
Nifs: Kaos u Poeżija #7
(tr Karl Baldacchino)
Tbiċċir
X’inhu
s-sors tat-twemmin li, li tipprokrea huwa aħjar milli ma tipprokreax? Din hija enigma għalija, imma naħseb li dinil-fissazzjoni ma tistax tinftiehem sakemm ma nqisuxil-qawmien mill-ġdid psikotikutar-razziżmu . Għaliex għandna nibżgħumit-tnaqqis fil-popolazzjoni? Wieħed jista’ jargumenta lit-tnaqqis fil-popolazzjoni jista’ jiġġenera problema ekonomika u fiskali, iżda jekk dan hu minnu,is-soluzzjoni tinsab hawn: aħna,l-Ewropej , għandna nistimulawl-immigrazzjoni u norganizzawl-akkoljenza ul-integrazzjoni ta’ iktar nies minn pajjiżi maħmukinmill-miżerja ul-gwerra . Dinis-soluzzjoni hija eżattamentl-oppost taċ-ċaħda paranojka li tagħmelil-Fortizza Ewropea fuqil-mewġa ta’ migrazzjoni li ġejja minn pajjiżi Afrikani,tal-Lvant Nofsani u Asjatiċi.Fl-Italja ,l-immigranti qed iħallsu parti importantimid-dħul tas-sigurtà soċjalital-pajjiż . Għandna għalhekk nippromovul-adozzjonijiet , niffaċilitawil-proċeduri , nagħtuċ-ċittadinanza Ewropea lil mijiet ta’ eluf ta’ trabi li bħalissa huma mitlufin f’kampijiet ta’ konċentrament Torok jew Libjani. Madankollu,il-mexxejja politiċi Ewropej ul-maġġoranza tal-pubbliku Ewropew jiċħdu b’vuċi waħda dinis-soluzzjoni . Għaliex?It-tweġiba mhux imlissna hija lir-razza bajda tkunfil-periklu ta’ estinzjoni.X’għarukaża ! -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #22
it-tnejn u għoxrin
Aphroconfuso
jew Ħerakles en plein air,
fil-veranda skietek
vulnerabbli jfewwaħ
daqs iż-żejt mixħut fuq it-tila
jistrieħ fil-ħabba u fl-għadira
xagħri prerafelit waqa’
purtiera quddiem żerq
ħarstek jinfetaħ ċass
għall-kaos u l-kjass
l-għors mit-tieqa
għall-ġnien taħtna
ħalliha għalhekk mazzarell fuq
l-għadajjar tittajjar l-imħabba
ħallik mill-imqass tal-ġennien
dak li l-moħriet jaħrat
jisponta jerġa’ mill-art jaħraq
għax din poeżija mġenna
u dawn fjuri mpittra
u din ħolma li bħal
farfett timmolla
Aphroconfuso
b’din ir-rebbiegħa
li ħadet waqt ħarifa —
naf,
iżda f’dan
l-assalt tal-fjuri
m’hemmx x’tifhem u tferi
meta togħdos f’Giverny
u titla’ fil-wiċċ, nymphaea
se ssib tistenniek -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #23
it-tlieta u għoxrin
Aproconfuso
meta għaddejtek ġuri
u sibtek ħati tal-ħars
misruq li minn taħt
għaddejtli biex nifli
u nara nsibx provi, indizji:
il-fattizzi jidħquli
l-ġesti ġentlomi
elementi ta’ reati infatwati.
fuq il-pedana
tal-innoċenti
il-preżunzjoni;
prosekuzzjoni
ta’ ġmielek statali,
skietek kriminali.
Aphroconfuso, kif
se tiddefendi ruħek?
Aproconfuso
meta għaddejtek ġuri
u sibtek ħati tal-ħars
misruq li minn taħt
għaddejtli biex nifli
u nara nsibx provi, indizji:
il-fattizzi jidħquli
l-ġesti ġentlomi
elementi ta’ reati infatwati.
fuq il-pedana
tal-innoċenti
il-preżunzjoni;
prosekuzzjoni
ta’ ġmielek statali,
skietek kriminali.
Aphroconfuso, kif
se tiddefendi ruħek? -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #24
(l-erbgħa u għoxrin)
(Aphroconfuso
ħarban mill-provinċji
tas-sekli skars mill-ħsus
waħdi narak u ninnutak
bħal labra f’maktur tifli
b’reqqa l-kelma illeċta li
ħallejt warajja
mhux bi żball)
(Aphroconfuso
ħarban mill-provinċji
tas-sekli skars mill-ħsus
waħdi narak u ninnutak
bħal labra f’maktur tifli
b’reqqa l-kelma illeċta li
ħallejt warajja
mhux bi żball) -
- Poddata 14.12.2025
Es Sidr (taħdita u siltiet)
ma’
« Meta kont qiegħed infittex
il-ġeneru ta’ kitbafil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mortl-ewwel lejnil-kotba tal-istorja u lejnil-bijografiji ,l-awtobiografiji , u mhuxfil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejnil-Malti speċifikament. Ħassejt illis-suġġett huwa dejjem fissfil-memoir ,fil-bijografija ,fl-istorja is-suġġett huwa dejjem fiss jiġifieri inti qed taħdem minn suġġett illi huwa dejjem fiss. Jiena kelli kollox ħlief suġġett fiss, jiġifieri jiena dawnin-nies li qed nikteb fuqhom assolutament ma kont naf xejn dwarhom ħlief li kelli teoriji ġo rasi. Allura ndunajt illi assolutament ma nistax nikteb memoir għaliex jiena ma kelli xejn fuqhom u lanqas ma kelli fuqi nnifsi. Lanqas kellil-lingwa biex nikteb fuqi nnifsi, allura bdejt infittex dakil-ġeneru li lili beda jtinil-possibbiltà biex nitteorizzas-suġġettività tiegħi. Mhux biex nitkellem fuqi però biex nitkellem fuq dawkin-nies bħali illi jiena ma bdejtx narafil-kitbiet li kont qed infittex. Ovvjament, għandna ħafna bijografiji ta’ politikanti, avukati, nutara, kollha erbgħin euro u ħamsin euro. Għandna ħafna memoirs. Inħoss illi meta inti tiġi minn klassi speċifika, klassi rispettatamis-soċjetà , klassi li hija rappreżentata tajjeb, klassi illi hija emanċipata ħafna, klassi li għandha rappreżentazzjoni vera, ankefis-soċjetà , inti konxju ħafnatas-suġġettività tiegħek. U peress illi inti konxjutas-suġġettività tiegħek għandek ħabta tirrekordjas-suġġettività tiegħek, iżżomm djarju pereżempju. Li tiktebil-memoir tiegħek, li taf f’xi punt xi ħadd se jiktebil-memoir tiegħek, allura anke tgħixil-ħajja kważi koreografata jew kurata b’danil-mod illi taf li xi darba xi ħadd ħa jikteb fuqek jew inkella għall-inqas li ħajtek hija denja li tikteb fuqha. Jiena ma niġixmill-klassi soċjali fejn nista’ nagħmel dan. Jiena ħbejtid-dettalji ta’ ħajti, mhux niżżilthomfid-djarju . Allura meta bdejt niltaqa’mal-esej umal-esejistika ul-kitba letterarja esejistika bdejt inħoss li hemmhekk tista’ tilgħab ħafna iktar, għaliexil-ġeneru mhux daqshekk fiss. Anki għaliex iħallik iddaħħal tropes letterarji, pereżempju, jewmill-arkivji . Issa, ftakar illi jiena bħala Assirologu niġi ħafnamill-kultura tal-kolofon. Jiġifieri kull darba li qed inħares lejn maduma, qed inħares lejn xi test jew xi poeżija jew xi innu jew xi ħaġa hekk, fuqil-ġenb dejjem għandekid-dettalji personali ta’ min qed jikteb jew min qed jikkopja. Allura jiena niġi minn dinit-tradizzjoni fejnil-maduma tiflaħ ħafna affarijiet, tiflaħil-kompożizzjoni letterarja, tiflaħl-esejistika fil-ġenb.L-esej iħallini wkoll mhux biss niftakar, anke jekk b’mod impreċiż ovvjament għaliexfl-aħħar mill-aħħaril-ktieb fil-verità huwa fuqifil-preżent , huwa jiena issa. U lanqas huwa fuqi issa però fuqis-suġġettività tiegħi, fuq dikil-klassi ta’ niesbl-internazzjonalità li qed nipprova nirrappreżenta, u li qed nipprova nikteb għalina. Għaliex ħadd mhu qed jikteb għalina u ħadd ma qed jikteb fuqna għaliex ħajjitna mhijiex denja li tinkiteb fuqha. Jiena trabbejt nemmen illifil-kotba ,fid-dinja tal-kotba,fl-ekosistema tal-kotba, nies bħali m’hemmx għalfejn, anzi mhux talli m’hemmx għalfejn ikun hemm ktieb fuqhom talli m’aħniex denji li jkun hemm kitba fuqna. Allura ovvjament jiena ġej minnha u għandi bżonn nitteorizzaha din, ul-memoir ma jħallinix nitteorizzaha. Jiġifieri meta taqraw Es Sidr, ovvjament Es Sidr huwa teorija sħiħa fuql-internazzjonalità tal-ġeneru,tal-klassi ,tal-etnija , utal-ġisem fl-istorja, huwa teorija sħiħa. U allura hemmhekkl-esej jagħtinil-ispazju , u jagħtinin-nifs , biex nitteorizzaha mingħajr ma nkun qed nagħmel teorija espliċita ta’ metodoloġija, bħalma nagħmlufl-akkademja , ovvjament, għaliex ġejmil-letteratura . Meta nitkellmu fuq ħajjitna ħafna drabi niġu patoloġizzati, kemm għandek ħajtek trawmatika, pereżempju, qed tiktebit-trawma . Le jiena qed niktebl-affarijiet li vera nħobb fi tfuliti. Dawnl-istrateġiji ta’ ħabi, dawnl-affarijiet li kienu jdejquni, jien inħobbhom u ngħożżhom u tgħallimt ngħix bihom, u tgħallimt ngħix magħhom, bħalma nies bħali tgħallmu jgħixu magħhom. M’iniex qed niktebit-trawma , però qiegħed nikteb kif għext ħajti, u ħajti ma kinitx trawmatikabl-ebda mod, kieku kienet trawmatika m’iniex qiegħed hawnhekk. Min għex tfulitu miegħi, hawn xi nies hawnhekk li għexna tfulitna flimkien, nafu illi ħadna ħafna pjaċir f’ħajjitna. Però meta ppruvajna nitkellmu barra minn dakil-milieu soċjali kulħadd tħassarna, jew kulħadd qalilna li għandna bżonnil-kura mentali, jew għandna bżonnil-psikologu , jew għandna bżonn noħorġu minnha dinil-ħajja , għandna bżonn nagħmlu ħilitna biex nedukaw ruħna u noħorġu minnha. U allura f’danis-sens qed nipprova nirkupraha. Però, nista’ nirkupra bissmit-teorija . Tant dfintha u tant ħbejtha u tant regħxitni meta ħriġt minnha, meta ppruvajt noħroġ minnha, li jibqagħli bissl-esej . Jibqagħli bissl-esej bħala għodda biex nesprimi ruħi, anke għaliex ma rridx nidħolfil-memoir , għaxil-memoir narah klassist. » -
- Diċembru 2025
Illejla Ħierġa b’Xagħri Mxarrab
Meta fetaħ,
il-Pips qabadmill-ewwel u għas-sinjorini ġab miegħu opportunitajiet ġodda, fosthomil-bini ta’ komunità ta’ sorellanza.Il-Pips kien aħjar minn barra, għax fejnil-Maltin , kulħadd jidher ġwejjed, kien jgħid Charlie. U għandu raġun għax kien żmien tajjeb sew sew meta fetaħ. Tista’ taħsebx’kien ra Soho imma kellu ħabta jgħid li bħal hawn qatt ma ra. Għax meta ngħidlekis-saħħa ta’ rġiel li bdew ġejjin!In-nisa kienu għadhom naqra ġewwa ul-irġiel bdew ġejjn minn kullimkien. Tant kien hemm saħħa ta’ rġiel u tant konna qed nieħdu pjaċir li spiċċajna nikrul-flettsijiet quddiemu aħna. StHelen’s Court. Ilħaqtna StHelen’s Court? Jien ma lħaqtux meta fetaħ allura nistaqsilill-Frida jekk kienx ċarmill-ewwel li xi ħaġa kienet inbidlet. Ħeqq, aral-oħra ! Xejn ma lħaqtu intfil-bidu ? Ngħidilha li lħaqtufl-aħħar tat-tmeninijiet. Tista’ taħsebx’ra hemm ġew. Saħħa kbira ta’ rġiel.Fl-għaxra , jibdew ġejjinmill-irħula kollha. U aħna bdejna nagħmlux-shows , jien,il-Mimì ,it-Tabù ,il-Brenda , ul-irġiel bdew ġejjin b’saħħa kbira, ankimal-mara bit-trabifil-pushchairs kienu jiġu u taparsi qed jixtru drinkmal-bar u jittantawna.Ix-shows kienu kemm opportunità biex tilbesil-persona li tkun ħloqt għal dikis-serata bi prostetika ta’ lbies, żfin, attitudni u mutetti, kif ukoll ċans biex tisseduċi ’l-udjenza . Jeżistu ftit filmati arkivjatital-Pips; filmat minnhom huwa ta’ wieħedmir-repertorji magħrufin tagħhom, li qed nara bħalissa u lil-Frida tgħidli li kiental-lejl tat-22 ta’ Ġunju 1986. Dakinhar,il-Brenda kienet bħas-soltu għamletid-diski ta’ Sandie Shaw, Ruth Wallis u Shirley Bassey, kanzunetti li bihom kienet tevoka divatal-cabaret b’umoriżmu nittien, forsi anki xi ftit perikoluż, waqt lit-Tabù ,bix-shows ta’ Anna Oxa, bdiet iġġissemil-karattru merkurjali, kważi mistiku, ta’ kreatura androġena u enigmatika. Bħas-soltu,is-serata kienet iddominatamill-Mimì tagħmelix-shows ta’ Grace Jones.Il-Pips ,il-Mimì bdiet mhux biss tersaq lejnid-demolizzjoni kompletatal-ġeneru imma bdiet ukoll tilgħab fuqil-fruntieri tal-erotiżmu us-sesswalità .Fil-filmat ,il-Mimì tidher qed tagħmel Sinner u The Hunter Gets Captured by the Game, liebsa perpura drapp iswed trasparenti u strixxa ġilda sewda kemm kemm tgħattilha quddiem, f’koreografija ta’ żfin sadomasokistiku li fiha Richard, liebes ta’ raġel sadist mgħammad b’maskra ta’ bojja, beda jsawwat u jaħqarlill-Mimì bi frosta waqt li hi tingħi u tinbaram fuqil-madum abjad u iswed iteptepbir-rifless tal-istilel ut-tlellix mill-mirjatad-disco ball li kien hemmmas-saqaf .Il-Mimì kienet ħadetix-shows fuq livell ieħor: ma kien hemml-ebda komiċità fihom, u lanqas kien hemmil-logħob mal-udjenza biex jippruvaw jaqtgħu jekk hix mara jew raġel; le,ix-shows tal-Mimì kienu mumenti fejnl-erotiċiżmu eċċessiv ta’ ġisimha kien jaqbeżil-fruntieri ta’ laħamha u jimlal-Pips bid-deżiderju.
Abbona