Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Diċembru 2025
Nifs: Kaos u Poeżija #7
(tr Karl Baldacchino)
Tbiċċir
X’inhu
s-sors tat-twemmin li, li tipprokrea huwa aħjar milli ma tipprokreax? Din hija enigma għalija, imma naħseb li dinil-fissazzjoni ma tistax tinftiehem sakemm ma nqisuxil-qawmien mill-ġdid psikotikutar-razziżmu . Għaliex għandna nibżgħumit-tnaqqis fil-popolazzjoni? Wieħed jista’ jargumenta lit-tnaqqis fil-popolazzjoni jista’ jiġġenera problema ekonomika u fiskali, iżda jekk dan hu minnu,is-soluzzjoni tinsab hawn: aħna,l-Ewropej , għandna nistimulawl-immigrazzjoni u norganizzawl-akkoljenza ul-integrazzjoni ta’ iktar nies minn pajjiżi maħmukinmill-miżerja ul-gwerra . Dinis-soluzzjoni hija eżattamentl-oppost taċ-ċaħda paranojka li tagħmelil-Fortizza Ewropea fuqil-mewġa ta’ migrazzjoni li ġejja minn pajjiżi Afrikani,tal-Lvant Nofsani u Asjatiċi.Fl-Italja ,l-immigranti qed iħallsu parti importantimid-dħul tas-sigurtà soċjalital-pajjiż . Għandna għalhekk nippromovul-adozzjonijiet , niffaċilitawil-proċeduri , nagħtuċ-ċittadinanza Ewropea lil mijiet ta’ eluf ta’ trabi li bħalissa huma mitlufin f’kampijiet ta’ konċentrament Torok jew Libjani. Madankollu,il-mexxejja politiċi Ewropej ul-maġġoranza tal-pubbliku Ewropew jiċħdu b’vuċi waħda dinis-soluzzjoni . Għaliex?It-tweġiba mhux imlissna hija lir-razza bajda tkunfil-periklu ta’ estinzjoni.X’għarukaża ! -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #22
it-tnejn u għoxrin
Aphroconfuso
jew Ħerakles en plein air,
fil-veranda skietek
vulnerabbli jfewwaħ
daqs iż-żejt mixħut fuq it-tila
jistrieħ fil-ħabba u fl-għadira
xagħri prerafelit waqa’
purtiera quddiem żerq
ħarstek jinfetaħ ċass
għall-kaos u l-kjass
l-għors mit-tieqa
għall-ġnien taħtna
ħalliha għalhekk mazzarell fuq
l-għadajjar tittajjar l-imħabba
ħallik mill-imqass tal-ġennien
dak li l-moħriet jaħrat
jisponta jerġa’ mill-art jaħraq
għax din poeżija mġenna
u dawn fjuri mpittra
u din ħolma li bħal
farfett timmolla
Aphroconfuso
b’din ir-rebbiegħa
li ħadet waqt ħarifa —
naf,
iżda f’dan
l-assalt tal-fjuri
m’hemmx x’tifhem u tferi
meta togħdos f’Giverny
u titla’ fil-wiċċ, nymphaea
se ssib tistenniek -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #23
it-tlieta u għoxrin
Aproconfuso
meta għaddejtek ġuri
u sibtek ħati tal-ħars
misruq li minn taħt
għaddejtli biex nifli
u nara nsibx provi, indizji:
il-fattizzi jidħquli
l-ġesti ġentlomi
elementi ta’ reati infatwati.
fuq il-pedana
tal-innoċenti
il-preżunzjoni;
prosekuzzjoni
ta’ ġmielek statali,
skietek kriminali.
Aphroconfuso, kif
se tiddefendi ruħek?
Aproconfuso
meta għaddejtek ġuri
u sibtek ħati tal-ħars
misruq li minn taħt
għaddejtli biex nifli
u nara nsibx provi, indizji:
il-fattizzi jidħquli
l-ġesti ġentlomi
elementi ta’ reati infatwati.
fuq il-pedana
tal-innoċenti
il-preżunzjoni;
prosekuzzjoni
ta’ ġmielek statali,
skietek kriminali.
Aphroconfuso, kif
se tiddefendi ruħek? -
- Diċembru 2025
Invokazzjonijiet #24
(l-erbgħa u għoxrin)
(Aphroconfuso
ħarban mill-provinċji
tas-sekli skars mill-ħsus
waħdi narak u ninnutak
bħal labra f’maktur tifli
b’reqqa l-kelma illeċta li
ħallejt warajja
mhux bi żball)
(Aphroconfuso
ħarban mill-provinċji
tas-sekli skars mill-ħsus
waħdi narak u ninnutak
bħal labra f’maktur tifli
b’reqqa l-kelma illeċta li
ħallejt warajja
mhux bi żball)
Abbona