F’liema sens qed naħsbu meta naħsbu f’ħaddieħor?
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- 11.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ego, superego, id
Dejjem tatni ħafna f’għajni t-traduzzjoni Ingliża, li tagħmel minn kliem ordinarju kliem eżotiku u ġergu, kliem li tista’ tiċċarġja iktar għalih. Naħseb f’dal-każ id-diffikultà mhux daqstant fl-għażla tal-kliem (għall-inqas “jien” u “superjien”) imma f’kemm huma fil-fatt issedimentati “ego”, eċċ. Proprjament, “ego” hija l-unika waħda li hija użata f’kuntest mhux tekniku. Nistgħu nibqgħu nużaw “ego” fis-sens ta’ kuljum, meta xi ħadd ikollu rasu kbira: “Dak kulma jagħmel għall-ego.”
-
- 01.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
il-politika
tal-kura Sibt diffikultà bit-traduzzjoni għal “politics of care” bħala “il-politika tal-kura” għaliex il-kelma “kura” bil-Malti hija aktar assoċjata mad-diskors mediku, bħal ngħidu aħna meta t-tabib jikkura pazjent. Bit-Taljan meta ngħidu “ħu ħsieb” tiġi tradotta bħala “stammi bene”, waqt li l-frażi “nieħu ħsiebek” tiġi tradotta għal “mi curo di te”. F’dan is-sens it-Taljan għandu użu usa’ għall-kunċett “curare” li jistà jfisser kemm “tieħu ħsieb” u kemm “kura” mill-mard. Bil-Malti ma nħossx li l-kelma “kura” hija adatta biex taqbad il-kunċett ta “politics of care”.
-
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħarsa/lemħa
M’iniex għalkollox ċert dwar “lemħa” għax għalija din il-kelma għandha konnotazzjonijiet passivi, fis-sens li tkun qed tiġri xi ħaġa u inti tilmaħha; u mhux is-sens li inti qed tħares b’mod attiv u intenzjonat lejn xi ħaġa. “Lemaħ” fuq verb.mt qed tiġi tradotta bħala “to catch sight of”. Fil-każ ta’ “the look on his face” ma taħdimx “lemħa” (“il-ħarsa fuq wiċċu”).
-
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħu ħsieb
Fid-dinja Ingliża u dik tal-Punent, “to care” dejjem kienet distinta minn “thought” u “reason”. “Care” assoċjata ma’ emozzjonijiet, irtubija tal-qalb, femminilità—u mhux il-ħsieb, li dejjem kien meqjus rett, veritier u imparzjali, kif ħafna drabi huwa mfisser fil-Punent. Qisu l-Malti ma jagħmilx din id-distinzjoni radikali bejn il-ħsieb bħala ħsieb astratt u li tieħu ħsieb xi ħadd.
-
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
tpaxxa
Jouissance, kif nafha jien, ma tfissirx biss pjaċir, imma xi ħaġa fl-estrem, li tista’ wkoll tinkludi l-uġigħ u s-sofferenza. Jouissance mhix pura, fiha hemm l-eċċess, hemm il-mewt, livell ta’ eċitazzjoni li kważi ma tiflaħhiex. Lacan jagħmel distinzjoni bejn il-pjaċir u l-jouissance. Il-pjaċir jobdi l-liġi tal-omeostażi li nsibu f’Beyond the Pleasure Principle [Jenseits des Lustprinzips], fejn il-moħħ ifittex l-inqas tensjoni. B’hekk, il-prinċipju tal-pjaċir ipoġġi limitu fuq il-pjaċir. Min-naħa l-oħra, il-jouissance tikser din il-liġi u hi “beyond the pleasure principle” u iktar tallinja ruħha mad-death drive [Todestrieb].
-
- Djarju 25.02.2024
Għandi dubju dwar
il-liċenzja Il-fdalijiet f’partijiet oħra ta’ dil-belt, il-monumenti u l-kolonni u t-toroq wesgħin u l-arkati trijonfali, jixhdu s-snin meta l-belt kellha l-ambizzjoni ġenoċidali li tkun il-kapitali ta’ imperu. Imma f’dawn l-inħawi, il-fdalijiet huma mħażen tal-banana u skeletri tal-krejnijiet. L-ismijiet tat-toroq juru li darba kien hawn sistema ħafna iktar kumplessa ta’ kanali, u ħafna swieq differenti ta’ komoditajiet partikolari: ħut, tiġieġ, majjal, butir, faħam, qamħ. Il-port kien ħafna iktar attiv sa nofs is-seklu li għadda.
-
- April 2025
Frammenti
Fl-aħħar mill-aħħar li jifdal: Ħarsa ddur kantuniera, jew tiżgiċċa waqt li tinqabad. Naqriet. * Fl-aħħar mill-aħħar li jifdal: Frammenti. Biċċiet misjubin wara żmien twil, minn kullimkien. Frak ta’ ġrajja: Ħajriet, tamiet, imħabbiet: Ħarsa, mixja, tifkira; Kelma, nofs kelma, sikta: Tbissima, firda, għajbien. Frammenti xi darba jinġabru f’kaxxetta ħajja. * Frammenti: Insib farka oħra minnek: (Tbissima). Xi darba nsibu biċċa oħra. Jew, xi darba, konna sħaħ.
-
- April 2025
Immissjajtha Xi Naqra lil Malta, Manuela?
Xi kultant ma nafx għadnix nista’ ngħid li jien minn hawn u ngħidha kif inħossha mingħajr ma nirċievi reazzjoni li s-sottotest tagħha donnu jgħid, “Din ġiet erbat ijiem minn barra u se tibda tikkritika, mingħaliha li laħqet is-sema b’idejha, mingħaliha li issa aħjar minna.” Apparti minn hekk, ċerti nies (normalment dawk li jaduraw il-partit, jew baqgħu b’xi mod leali lejh) qishom joħduha personali meta tgħidilhom li l-affarijiet hawn Malta mhux sejrin sewwa u li issa ma nimmaġinanix nerġa’ ngħix hawnhekk. Daqslikieku issa jiena wkoll barranija u ġaladarba ma ngħixx hawn, m’għandi l-ebda dritt immaqdar. Inutli ngħidilhom li hemm barra mhux perfett lanqas imma li s’issa sibtni aħjar hemm, u li nikkritika għax, minkejja kollox, xorta jimpurtani minn Malta u l-futur tagħha. Ma nasalx ngħid li nħossni barranija essaċċ f’dawn is-sitwazzjonijiet, għax in-nies li qed nitħaddet magħhom nafhom u jafuni sew, għax familjari mal-protokolli soċjali li qed nipparteċipa fihom, u għax konxja biżżejjed u żżejjed ta’ x’inhu jiġi kkomunikat mingħajr ma jingħad. Domt naqra biex wasalt għaliha, imma sa fl-aħħar fhimt eżatt kif inħossni. Inħossni… intruża, eżatt bħalma ddeskriva din il-kundizzjoni Jean-Luc Nancy hu u jiffilosofizza u jipproblematizza d-duwaliżmu ta’ ġewwa/barra, jew familjari/stramb wara li għadda minn trapjant tal-qalb: “… jekk [l-intruż] diġà għandu d-dritt li jidħol u joqgħod, jekk hu mistenni u milqugħ mingħajr l-ebda parti minnu ma tkun sorpriża mhux mistennija jew mhux milqugħa tajjeb, ma jibqa’ la l-intruż, u wisq inqas l-istranġier.”
Abbona