Li gżirietna huma żgħar wisq għall-ambizzjoni tagħna ilna nafuh.
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Ġunju 2025
Inkejja #1
Ħruġ mingħajr ħruġ
F’riklam
tal-Kinnie mill-aħħartas-sebgħinijiet , naraw familja tagħmel piknik,bil-bieba ta’ wara ta’ vann estate mgħollija,il-missier ul-bint bilqiegħdafil-vettura , mejda quddiemhom, u omm u tifel imdawrin magħha. Qishom qegħdinid-dar ,fil-bitħa jewfil-veranda , nofs ġewwa nofs barra, fi spazju intermedjarju. Jista’ jkun li danir-riklam hu bbażat fuq ritratti meħuda nhar San Girgor, li juru xena simili ta’ nanna mġissma sorġuta fuq wara ta’ vann, tibla’ u tqassaml-ikel minn bixkilla maġenbha.L-estetika tas-salott ta’ dar Maltijamill-aħħar kwarttas-seklu għoxrin spiss ġiet applikata għall-vetturi. Vannijiet Marina sofor, skartartal-British Telecom, impurtati u mmodifikatibil-ħġieġ wara, imżejnin b’purtieri ffjuriti mfasslinmid-drapp li baqa’ meta saru dawk ġoddafis-salott li jintuża darba biss, fejnis-sufanijiet għadhom mgħottijabil-plastik , bħas-seatstal-Mercedes tal-ġwienaħ li għadha ġewża, li toħroġ biss sagħtejn tlieta kull nhar ta’ Ħadd waranofsinhar jekk ma tkunx xita jew riħ.Id-dashboard imżejjen tavolina, b’arranġamenttal-fjuri tal-plastik, xinxilli, frillital-purtieri , jew bizzillamad-dawra tal-windscreen, kalamita ta’ Kristu fuq spallejn San Kristofru jew ta’ Santa Rita, imwaħħlinmal-metall inkella inkullati.Il-moda fid-disgħinijiet kienet li, bħalmal-poġġaman ul-kċina tad-dar kellhom ikunutal-kawba mastizz, kien hemml-użanza lil-burduri tal-komponentitad-dashboard ukoll kienu jinksew bi sticker ta’ njam finta. Dakiż-żmien kienu moda wkollin-neons ikkuluriti minn taħtid-dashboards us-seats . Bejnl-illużjoni ta’ materjal organiku ul-kulur fluworexxenti jinbeżaq minn xquq mudlama, dinil-kakofonija kienetil-kitsch pereċċellenza. Mhux ta’ b’xejnfl-imgħoddi , bħalma kienu jitbierkud-djar darbafis-sena , kienu jitbierkul-karozzi meta sid devot kien idaħħal vettura ġdida. -
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #3
it-tielet
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu?
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu?
Aphroconfuso
għax sirtlek ruħ għedtli
meta tlaqtlek wara tliet
xhur u waqaft inkellmek
zoptu — ma tafx li nsiru
erwieħ wara li mmutu? -
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #4
ir-raba’
Aphroconfuso,
la nerġgħu flimkien
iseħħu t-terremoti,
tgħidli, u nitħasseb
dwar il-ġlied, imma
int tgeżwer iperbole
mit-tqanqil. immerik
li kultant il-litterali
isbaħ mil-letterarju
Aphroconfuso,
la nerġgħu flimkien
iseħħu t-terremoti,
tgħidli, u nitħasseb
dwar il-ġlied, imma
int tgeżwer iperbole
mit-tqanqil. immerik
li kultant il-litterali
isbaħ mil-letterarju -
- Ġunju 2025
Invokazzjonijiet #5
il-ħames
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom.
Aphroconfuso,
għalik insir platonika
biss la nittieħed
mid-dinja tal-forom. -
- Djarju 04.09.2024
Dejjem ħrabt minnu dan
l-iċċattjar Ftit minuti ilu reġa’ spunta fija ħsieb li ġieni xi jiem ilu, u għalkemm dakinhar poġġejt miegħu u segwejtu, forsi ma elaborajtux biżżejjed f’moħħi. Le, anzi, elaborajtu, imma ma eżawrejtux għax għandu dejjem iktar qtar inixxi minnu. Kien ħsieb dwar
l-idea li hemm fażijietfil-ħajja — mhux biss fażijiet, imma mumenti, istanti — jiġuni iktar faċli li niftakarhom filwaqt li oħrajn jaħarbuli. Mhux jisparixxuli, imma bħallikieku dawkil-ġranet kont qed ngħixhom bla ma nirreġistrahom. Bħal qisu dawkil-ġranet ma kontx qed ngħixhom b’mod fond, ma kontx qed nistampahom sewfit-tessut tal-memorja. Tgħid dawn memorji li telquli għalkollox? Jew għad forsi jerġgħu jitilgħufil-wiċċ , b’mod involontarju meta xi darbas-sensi jilħqu dakil-bir li hemm ġo fija? Kif spjegaha Proust. Erġajt qrajtl-aħħar paġni ta’ “Combray I” ftit jiem ilu; ħanina kif regħduni dawkil-paġni , kemm sfumaturi ta’ kulur jikxfu, kemm sens(i) iġorru fihom. -
- Ġunju 2025
Es Sidr #4
Nafta
Nibda nqalleb
fl-album tat-ritrattitat-tieġ tagħhom, album abjad ikkuttunat b’nagħla fuqin-naħa tax-xellug u żigarella roża marbuta ċoff ħdejnil-kliem “Our Wedding” miktubbil-magħqud kuluril-fidda . Kien ikkurdat sew però ommi kienet ħallietu għandin-nanniet u qatt ma reġgħet ħarset lejh. Kien dejjem jiġrifid-dar minn kexxun għall-ieħor u jien spiss kont niftħu biex inħares sew lejn Otman u nqalla’ lili nnifsi niffissa fuq xagħru mġiegħed u ppettnat la ġenba.Fir-ritratti tat-tieġ,il-ġilda tiegħu tidher iktar skura milli tidher f’ritratti oħra. Fihom jidher imdejjaq, mixrub, imdawwar b’salt nies li jistkerrah. Jidher skomdu, qisu ’qas jaf iġib ruħu sew magħhom. Għajnejh qatt ma jħarsu direttament lejn ħadd. Xi ħaġafil-mod ta’ kif iżomm lilu nnifsu turi li għalkemmmill-istess klassi soċjali tagħha, hemm differenzi li huma viżibbli, u ma jimmappjawx sew fuq xulxin.Mir-ritratti tat-tieġ jidher ċar lil-familja tagħha storbjuża, ferrieħa.Mill-ittri li bagħtilha hu,il-familja tiegħu tinstema’ mistħija utal-ġabra .It-tieġ kien hemmil-qraba kollha:il-kuġini t’ommi ħelwin u jidher ċar li klassi aħjar minn tagħna għax zijitha Karmena kienet iżżewġettat-tajjeb u saret pulita. Salvina wkoll kienet hemm, xagħarha qagħqa, geddumha boċċa, għonqha mlaħħam u mdendel, tiddandan b’kowt eleganti twilsal-art bil-fermad-dawra tal-għonq ul-pavri . Tidher xurbana, għajnejha sakranazzi għandhom tleqqija brillanti, u rasha se tixpakkal-aħħar bil-pressjoni għolja ud-daħq tad-disprament. Nerġa’ naħlef miegħi nnifsi li xi darba mmur infittex u nistaqsi sew dwarha. Kien hemm ħuha Salvu, twil, imġissem, sabiħ u nejjieki u martu Mary b’libsa faqgħa bajda u sewda b’qaflatal-bellus iswed marbuta ma’ qaddha taqbadil-moda tas-sebgħinijiet. Kien hemm missierha, Saver, boqni u wieqaf, dahru miġbud lura, gustuż u ruxxan, u oħtha Janey, doċli u bi tbissima fissa ta’ mara raħlija li taf bissl-affett tal-mistħija. Imma tiddominar-ritratti kollhafl-album kien hemmin-nanna Kelina, xagħarha qasir innukklat għall-okkażjonibir-rollers il-kbar u liebsa libsa twilasal-art kulur aħmar demmi mżejna b’gamewwatal-Fabiola fuq sidirha, dikil-mara bil-velu aħmar impittrafil-profil minn Jean Jacques Henner u li kont issibha f’kull dar imdendlamal-ħajt tas-salott jewtal-kuritur , spiss flimkienmat-tifel bil-libsa bluna ta’ Thomas Gainsborough. Għandin-nanna Kelina, appartil-Fabiola fuq frejm ovali dendulafil-kuritur , kien hemm Miss Murray ta’ Thomas Lawrencefis-salott , u kien hemm żewġ stampitat-tallaba ta’ Murillofil-kamra tal-ikel.In-nanna kellha ħabta tixtril-inkwatri bin-nifs mingħand Tonital-fajjenza jewmill-Ħamrun , inkwatri li, meta jien bdejt insir konxjutal-klassi baxxa li niġi minnha, kienu jġegħluni nistħi meta jiġu għandna sħabi. Kont nixtieq li minflok danl-imbarazz tal-ħabba gozz kellna pitturitaż-żejt mal-ħitantad-dar u mhux tfal Vittorjani stampati fuq biċċa njama lil-puliti kienu jistkerrhu.Fid-djar ta’ sħabital-iskola kien hemm pitturi ta’ avukati u tobbabiż-żejt fuq tila, Preti u de Favray, porċellana ta’ Delia, pasturi ta’ Napli;id-dar aħna kellna pasturi naïvetal-Bambin , ċeramikatar-riklami , u inkwatri kitsch. Imma kif turi sew Celeste Olalquiaga, dawnl-inkwatri ul-istampi joffrulill-klassijiet baxxi forma ta’ sostenn emozzjonali, mod kifid-dar tista’ ssir spazju sabiħ, post ta’ memorja u aspirazzjoni soċjali. Għal nannti u niesha, dawnl-oġġetti li ħafna jqisuhom bħala fallimenti estetiċi kienu frammenti ta’ maġija mitlufa, portali lejn dinjiet immaġinati fejnid-dinjità ul-eleganza huma aċċessibbli.Fis-sentiment iffriżat tagħhom, iżommu għaddej dak kollu lis-suq tal-arti ma jafx ikejjel:l-imħabba ul-qima lejnil-poetika tal-ħajja ta’ kuljum. Illum ninħasad xħin inħares sew lejnir-ritratti tat-tieġ u nara lil nanntibil-Fabiola: Santa Fabiola, wara kollox, hijal-qaddisa patrunataż-żwiġijiet diffiċli,tan-nies divorzjati,tal-vittmi tal-abbuż utal-adulteri . Ċert li nannti libsetil-Fabiola għat-tieġt’ommi għax kienet gamewwa mżewqa u mdawra b’ħajta deheb filugranu, u mhux għax kellha xi premonizzjoni fuqiż-żwieġ ta’ bintha. Tant inqas għax kellha xi idea, vaga kemm setgħet kienet vaga, lil-mara fil-gamewwa kienet qaddisa jew lix-xbieha tagħha kellha xi tifsira. Imma forsil-Fabiola fuq sider nannti hija xhieda lis-simboliżmu jaħdem ferm aħjar meta jitħalla waħdu, imbiegħedmill-indħil ul-aġenzija tal-bniedem.
Abbona