Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Ġunju 2023
Ġismi Battikata
Ġismi żar ħafna postijiet projbiti jew perikolużi. Ġismi għadu ħaj. Xi daqqa ’l hemm u ’l hawn qala’ wkoll. Relazzjonijiet ta’ mħabba tossika ħallew marki interni u mentali li affettwaw kif jirrelata dan ġismi ma’ ġisem ieħor—sigurtà, kumplessità, thewdin tal-moħħ. L-istonku qala’ minn ġewwa u minn barra. Inpoġġi idi fuqu, hekk, biex inżiegħel l-uġigħ ta’ dan l-għar—mudlam b’xaqq ta’ dawl—b’daħla ċkejkna ta’ tama għal ġenna mingħajr erwieħ—imma għal futur li nemmen li ħa jkun ta’ iktar mistrieħ. Il-kumpless ta’ kull ġisem, kemm tiegħi u kemm tiegħek, saru prodotti għal iktar tħeġġiġ għall-konsumeriżmu. Taqbel miegħi?
-
- Ġunju 2023
Ġilda
Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom jaqilbu l-karru. Il-kuċċier iqum bilwieqfa jwiddeb liż-żwiemel. B’idejh it-tnejn jiġbed b’kemm jiflaħ fuq ir-riedni marbutin mal-ilġiem ta’ ġo ħalqhom. Iż-żwiemel jogħtru taħt is-saħħa tal-kuċċier u, bla ma jridu, jobduh. Imma t-taqbida bejniethom tkompli. Żiemel minnhom jiġbed ’l hawn u l-ieħor jiġbed ’l hemm sa ma l-kuċċier jitlef il-kontroll, il-karru jinqasam u jegħleb mis-smewwiet għall-art.
Minn dan