•  

Privatezza

 

Bil-għan li nissalvagwardjaw il-privatezza tiegħek għażilna li, sa fejn nistgħu, nużaw software open-source li għandna kontroll totali fuqu u fuq id-data li jiġbor, jiġġenera u jaħżen. Il-fajls kollha relatati mal-website u n-newsletter huma miżmuma fuq is-server tagħna li jinsab ġewwa l-Unjoni Ewropea, f’Sofija, il-Bulgarija, u għaldaqstant jaqa’ taħt il-liġi Ewropea.

Ma niġbru l-ebda data li tista’ tidentifikak personalment ħlief l-indirizz tal-email f’każ li inti tabbona fin-newsletter tagħna.

L-uniku servizz estern li nużaw huwa dak offrut mill-Cloudflare li joffri diversi tipi ta’ protezzjoni għas-sit tagħna. Dan hu servizz li ma nistgħux ngħaddu mingħajru u min-natura tiegħu ma nistgħux nagħmluh aħna internament. Il-Cloudflare ma jiġbor l-ebda data personali dwarek, għalkemm ġieli jħalli cookies fuq il-kompjuter tiegħek. Dawn il-cookies bl-ebda mod ma jistgħu jidentifikawk individwalment.

L-indirizz tal-email

Jekk inti tabbona fin-newsletter, aħna nżommu l-indirizz tal-email tiegħek għat-tul tal-abbonament. Dan nużawh biss biex nibagħtulek aħbarijiet dwar dak li jiġi ppubblikat minn Aphroconfuso fuq il-website u f’midja oħrajn, bħal podcasts, e-books, u avvenimenti live.

Is-sistema li nużaw biex niġbru l-indirizzi tal-email u biex niktbu n-newsletter hija l-Listmonk, li hija installata fuq is-server tagħna. Nużaw il-Mailgun biex nibagħtu n-newsletter b’mod sigur.

Permezz tal-Listmonk, aħna niġbru data dwar kemm jinfetħu emails li nibagħtu. Inżommu biss ċifri aggregati, jiġifieri ma nkunux nafu speċifikament min fetaħ email jew ikklikkja link.

F’każ li tħassar l-abbonament tiegħek, l-indirizz tal-email li tkun tajtna jitħassar mid-database tagħna. Jista’ jagħti l-każ li jibqgħalna kopja tiegħu għal madwar tliet xhur fuq il-backups li nżommu.

Dekorazzjoni art-nouveau