Ħaġa stramba li ffissajna
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Djarju 11.09.2022
Id-djarji
tad-demm Qed naħseb fuq il-letarġija, l-apatija u l-biża’. U fuq kif il-biżgħat tal-oħrajn jaqbżu fuqek u jżidulek tiegħek. Qed naħseb fuq l-artisti kollegi tiegħi — fuq din ix-xewqa u passjoni għas-suċċess li għandhom (ħafna minnhom, għall-inqas). Qed insib ruħi miexja kontra l-kurrent; inħobb min hu umli. Nammiraha u ngħir għaliha dil-forza prużuntuża mimlija passjoni. Qed nitħasseb dwara; ma nistax insibha fija. Letarġija? Apatija? Fejn hi l-passjoni tiegħi? Ili nieħu kollox bil-lajma, nofsni rieqda (qiegħda ħażin?) għall-aħħar għaxart ijiem. Bla motivazzjoni.
-
- Marzu 2025
Ilkoll Parti
mill-Istaġun li JmissFuq l-internet, mijiet ta’ eluf ta’ nies qed jistokjaw mara. Qegħdin f’April tal-2024, u kuljum eluf oħra jingħaqdu f’dil-kampanja ta’ moħqrija: itellgħu r-ritratti ta’ dil-mara fuq il-feeds tagħhom, iħallu kummenti niggieża fuq il-posts tagħha—“It’s called Karma, bitch!”—jitteggjaw lil sħabhom, jinkoraġġuhom jingħaqdu magħhom. Dil-mara, iktar ma jmur, iktar tidher mitlufa. Ittella’ għexieren ta’ posts kuljum b’risposta għal li qed jiġri. Imma d-disperazzjoni li turi hija bħal xprun għal din il-marmalja diġitali.
-
- Marzu 2025
Is-Sovranità
tal-Ikel Introduzzjoni
Kif nistgħu bl-ikel li nieklu, nissalvagwardjaw is-saħħa tagħna u ta’ artna, imma wkoll is-saħħa ta’ dawk il-ftit nies li permezz tagħhom għandna dan l-ikel? Kif nistgħu nieklu b’mod li jħallina nirrifjutaw il-paradigma neoliberali li qed naraw fl-ikel modern, b’mod li jġedded il-wirt? Kif nistgħu nġibu ruħna b’mod li jiffaċilita s-sostenn tal-għajxien għall-bdiewa? Kif nistgħu nieklu b’mod li jgħinna nagħrfu l-iskarsezza tal-ikel Malti bħala effett postkolonjali? Kif nistgħu nerġgħu nindiġenizzaw l-ikel tagħna, billi nimpedixxu l-azzjoni korporattiva u nsaħħu l-interess fil-ġid komuni? Nafu x’ħa jsir minnu l-ikel tagħna? L-ikel sar għażżien wisq. L-ikel Malti mhuwa Malti xejn, l-ikel tagħna għadu kkolonizzat, b’identità batuta li tinħall fl-ilma.
Abbona