M’hemmx konnessjoni iktar diretta bejnna u bejn artna
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Lulju 2025
Is-Sovranità
tal-Ikel #1L-ewwel ċena
L-ikel Malti huwa dimostrazzjoni
tat-tradizzjoni ul-modernità .Ir-relazzjoni bejniż-żewġ sferi tifforma parti kbiramill-interess usa’ tagħna li niddefinixxul-identità tagħna. Danil-proċess fih innifsu jippreżenta sfida emozzjonali. Dan kif japplika għalina bħala Maltin? Min kienu, min huma u min se jkunul-protagonisti fl-istorjatal-ikel tagħna? Bħala etnopajsaġġi kulinarji nifhem lil-gżejjer tagħna għaddew minn rinaxximent bla tmiem. Għadhom jirrakkuntaw storja, u se jibqgħu jirrakkuntawha.It-termini “tradizzjoni”, “innovazzjoni”, “kwalità” u “awtentiċità” spiss intużaw b’mod interkambjabbli u dibattibbli. Iżdal-użu ta’ dawnit-termini ,fl-esperjenza tiegħi, fih innifsu huwa deċiżjoni konxja lil-pajsaġġi tal-ikel jintużaw bħala għodda għall-awtofehim. -
- Djarju 20.10.2024
Possibbli hawn Davinia Hamilton oħra?
Kif tispiċċa
l-ġurnata tax-xogħol, hekk kif inkun ħierġa biex immur lurad-dar , inħares lejn xi kollegi tiegħi u bejni u bejn ruħi naħseb, “Ara, dawn ’qas nafx’jisimhom .” Nimxu flimkien lejnl-istazzjon tat-Tube. Jidħqu bejniethom. Inħossni waħdi ħafna. Ngħaddu minn fejn ħanuttax-xorb u jistaqsuni nistax nidħol nixtrilhom żewġ fliexken whiskey. Ħeqq, ok hux; nidħol. Naqbad żewġ fliexken u noħodhom għandtal-counter , u din tistaqsini għall-ID. Noħroġil-kartiera , imma nsibha vojta. Mhix hemm. Ma jimpurtax; nista’ nuriha ritratttal-passaport fuqil-mobile . Imma lanqas dak ma nsib. Niftakar li għandi album fejn suppost hemm ritratttal-karta tal-identità, imma meta niftaħl-app , kulma nsib hu ritrattt’idi x-xellugija. Inqum. -
- Lulju 2025
Invokazzjonijiet #6
is-sitt
Aphroconfuso,
x’qed tistenna? li tiġi
ħarifa oħra biex nidħlu
f’burdata gotika —
ma tafx li jiena qatt
ma ħriġt minnha?
Aphroconfuso,
ma nafekx tas-sajf
maħbub sinċier,
u lanqas lili.
Fejn qegħidt
qalbek sewda
ħalli(ni) immur
niġborha.
Aphroconfuso,
x’qed tistenna? li tiġi
ħarifa oħra biex nidħlu
f’burdata gotika —
ma tafx li jiena qatt
ma ħriġt minnha?
Aphroconfuso,
ma nafekx tas-sajf
maħbub sinċier,
u lanqas lili.
Fejn qegħidt
qalbek sewda
ħalli(ni) immur
niġborha. -
- Lulju 2025
Invokazzjonijiet #7
is-seba’
Aphroconfuso
għax meta tħobb aphroconfuso
bħalek xejn ma jibqa’ tiegħek:
la qalbek la laħmek la ngħasek
la rqadek la għadmek la leħnek
la ħinek la żmienek la xagħrek
aħmar jilheġ ix-xemx mielħa
sbieħ Awwissu għatxan / xejn
ma jibqa’ tiegħek lanqas ħajtek,
ħlief mewtek. din biss tiegħek,
u frankament tista’ troddha
Aphroconfuso
għax meta tħobb aphroconfuso
bħalek xejn ma jibqa’ tiegħek:
la qalbek la laħmek la ngħasek
la rqadek la għadmek la leħnek
la ħinek la żmienek la xagħrek
aħmar jilheġ ix-xemx mielħa
sbieħ Awwissu għatxan / xejn
ma jibqa’ tiegħek lanqas ħajtek,
ħlief mewtek. din biss tiegħek,
u frankament tista’ troddha -
- Lulju 2025
Invokazzjonijiet #8
(it-tmien)
(Aphroconfuso,
la ma tridx taf iktar bija
insir għalik il-poeżija
dawn l-invokazzjonijiet
il-vuċijiet
nidhirlek fil-kelma
nibqa’ ninvokak
bħal ruħ mid-dinja l-oħra
bħal belha mitlufa f’din)
Aphroconfuso
għax meta tħobb aphroconfuso
bħalek xejn ma jibqa’ tiegħek:
la qalbek la laħmek la ngħasek
la rqadek la għadmek la leħnek
la ħinek la żmienek la xagħrek
aħmar jilheġ ix-xemx mielħa
sbieħ Awwissu għatxan / xejn
ma jibqa’ tiegħek lanqas ħajtek,
ħlief mewtek. din biss tiegħek,
u frankament tista’ troddha
Abbona