Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Jannar 2026
Leħen Ganado
Ganado dejjem jisħaq li ma għandux flus, li waqt li kulħadd beda jixtri
l-ishma hu ma kellu xejn, la Brażiljani u lanqas Ġappuniżi. Meta, waras-serqa tat-Tarzna, Alda tibda tibża’ li jidħlu jisirquhom, hu jidħaq biha għax ma kellhom xejnx’jisirqulhom . Dejjem ħerqan li jfaħħarit-tagħlim soċjalital-Knisja Kattolika, li bedabir-Rerum Novarum bħala sfida diretta għall-Manifesttal-Partit Komunista u komplabil-Quadragesimo Anno. Għal ħafna snin,il-kitba tiegħu fuqil-Leħen is-Sewwa dehret taħtil-psewdonimu improbabbli “Wieħed Minnkom”. Sikwit imaqdarir-regħba . Meta ġie luramill-Uganda , mar idur ma’ Malta biex jaral-ħerba li ħalliet warajhal-gwerra .L-iktar bidliet ħesrem li ġarrbet Maltafil-fatt Herbert Ganado ma rahomx b’għajnejh.L-Isla ma jarax ħlief “rovini wisq iktarmill-Belt umill-Furjana ”.Iż-żewġt itfal tiegħu jaqbdulu jdejh u jħarsu miegħu. Jiltaqa’ ma’ Frans, ġuvnimill-Belt , lil-aħħar li kien jafu kien “nofsu għarus ma’ xebbamill-aħjar ”. Issa kien magħlub, għadma u ġilda, anki jekk għajnejh kienu għadhom ileqqu. Frans kien iċċaħħadmill-ikel waqtil-gwerra biex setgħu jieklu ħutu u marad b’sidru. Doris telqitu u issa kienet se tiżżewweġ.Il-ġuvni jgħidlu, setgħet imqar stennietu jmut. “It-tfal ħarsu lejh skantati,” jgħidilna Ganado. Wieħed minnhom jgħidlu li Doris kienet “cruel” iżda lilna, Ganado jgħidilna li “Kulħaddfil-ħajja għandul-problemi tiegħu, u ma tista’ tikkundanna lil ħadd.”Il-gwerra , jgħid, għallmitu jkun iktar prattiku. -
- Poddata 13.01.2026
Noti Editorjali #8
ma’
« Dak inqisu
l-punt tat-tluqtar-riċerka tiegħi,il-problema li hawn bħalissabl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmienil-Covid . Qisha faqqset dakiż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftitis-sitwazzjoni .Il-bdiewa litteralment qed jiġu żgumbrati minn arthom biex jinħoloq post għal żvilupp. Din tbeżżagħni ħafna. Nafu sew lil-prezzijiet tal-art agrikola hawn Malta huma m’ogħlas-sema , huma ftitmill-ogħla , jekk mhuxl-ogħla ,fl-Ewropa . U nafu sew li aħna gżira żgħira,l-insularità tinħass f’kulma nagħmlu.Fl-ikel donna nħossuha ftit imma donnha għadha ma waslitx fejn għandha tasal.Il-fatt lil-art agrikola kuljum qed tonqos u tonqos mhux talli qed iżidilnad-dipendenza fuq pajjiżi oħrajn li jipprovdulnal-ikel tagħna imma qed inaqqasmill-possibbiltà li nistinkaw u niddiskutus-sovranità tal-ikel.Is-sigurtà us-sovranità jaħdmu flimkien però mhumiex neċessarjament dipendenti fuq xulxin. Għandhom jiġu kkunsidrati bħala żewġ kunċetti differenti, jiġifieril-fatt li m’aħniex konxji li art agrikola ma tantx fadlilna, jewil-fatt li mhux qed ikollnadil-konverżazzjoni iktarfit-tul jew iktarfil-wisa’ ... Hawnhekk jidħolil-kunċett tas-sovranità. Li jkun hemm bżonn li tinnova jew li tadattal-identità tal-ikel tiegħek hija coping mechanism,fis-sens hija xi ħaġa li għandna obbligu li nagħmlu għax, jekk ħa nibqgħu sejrin hekk,ir-rabta li għandnamal-ikel iktar u iktar se tkompli tintilef. Jiġifieri, fuq livell ta’ individwu nerġa’ ngħid, hijal-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu, nibnu relazzjonimal-bdiewa tagħna u ngħidulhom, isma’, aħna hawn qegħdin, nafu minn xiex intom għaddejjin u nismgħukom qegħdin... Ovvjament fuq livell iktar għoli, fuq livell ta’ policy, dinil-ħaġa trid tiġi indirizzata b’mod li jolqot oqsma differenti,il-kultura ,l-ilma ,il-wirt , x’naf jiena. Però, ma nixbax ngħidha, ibnu relazzjonimal-bdiewa tagħkom kellmuhom. Qattgħul-ħin magħhom, ħudu kafѐ magħhom, u minn hemm vera nkunu nistgħu nifhmul-ikel x’inhu,l-ikel tagħna x’inhu,l-identità tagħna x’inhi, u fejn sejjer dan kollu. Ovvjament danid-diskors hemm marbut miegħud-diskors tas-saħħa, kemmis-saħħa tagħna, li tiddependi ħafna minn minn dak li nieklu, kif ukollis-saħħa tal-art — jekkl-art hija fertili, qed tħaddimha, qed tkabbarha, qed iżżommha b’saħħitha u tista’ tibqa’ b’saħħitha għall-futur. » -
- Jannar 2026
Invokazzjonijiet #25
il-ħamsa u għoxrin
Aphroconfuso
bl-inċest fis-suġġett
għax idek tixref taħt
il-ġakketta tal-kotba
tiegħi, u sebgħi jrid
jindaga l-malinkoniji
ta’ kristeva tiegħek
Aphroconfuso
bl-inċest fis-suġġett
għax idek tixref taħt
il-ġakketta tal-kotba
tiegħi, u sebgħi jrid
jindaga l-malinkoniji
ta’ kristeva tiegħek
Aphroconfuso
bl-inċest fis-suġġett
għax idek tixref taħt
il-ġakketta tal-kotba
tiegħi, u sebgħi jrid
jindaga l-malinkoniji
ta’ kristeva tiegħek -
- Jannar 2026
Invokazzjonijiet #26
is-sitta u għoxrin
Aphroconfuso
sa ma jikkwieta jiskot inin
l-ilma li jboqboq ma’ dahri
kloru ragħwa sħana li
jfawru jfexfxu ma’ sidri
Aphroconfuso ruxxan
f’deckchair jaqra paper
nerġa’ nagħfas il-buttun
Aphroconfuso
sa ma jikkwieta jiskot inin
l-ilma li jboqboq ma’ dahri
kloru ragħwa sħana li
jfawru jfexfxu ma’ sidri
Aphroconfuso ruxxan
f’deckchair jaqra paper
nerġa’ nagħfas il-buttun -
- Jannar 2026
Invokazzjonijiet #27
is-sebgħa u għoxrin
Aphroconfuso
meta wara t-te qegħidtli
fuq plattin it-tenerezza
biex fis nimmaternalizza
l-metonimija li fiha tridni
nkun tiegħek u ta’ jdejk
tettiera — xejn fietla —
disturbata mill-plural ta’
dan il-ġest qabel l-irqad
nistenniek aphroconfuso
tmellisni bħal Barthes
Aphroconfuso
meta wara t-te qegħidtli
fuq plattin it-tenerezza
biex fis nimmaternalizza
l-metonimija li fiha tridni
nkun tiegħek u ta’ jdejk
tettiera — xejn fietla —
disturbata mill-plural ta’
dan il-ġest qabel l-irqad
nistenniek aphroconfuso
tmellisni bħal Barthes -
- Poddata 22.01.2026
Noti Editorjali #9
ma’
« Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi
l-istint . Pjuttost proċess awtomatist.Fit-teatru tbegħidt ftitmill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiemin-nies , u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, ul-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwil-proċess u mhux nippjana minn qabel x’se jsir. Inħalli lili nnifsi nispira ruħi minn x’joħroġ waqt li qed naħdem. F’dakis-sens , iva, imbagħad jirriżulta ferm iktar imġissem. » -
- Poddata 28.01.2026
Noti Editorjali #10
ma’
« Naħseb li
r-reliġjon hijat-tieni lingwa tiegħi, illum.Il-Malti , imbagħadir-reliġjon . ’Qasl-Ingliż . Għax nikbru fihom, u tant kont involutfil-Mużew . Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija.L-allużjonijiet bibliċi, pereżempjut-teoloġija ,il-morali ,id-duttrina ,id-dommatika , dawnl-affarijiet nafhom u nitkellem bihom.Ix-xbihat noħodhommir-reliġjon ankifil-kitba letterarja tiegħi. Noħodhommir-reliġjon ħafna drabi u narahom li jartikolaw esperjenza kemm reliġjuża kif ukoll sekulari u esperjenza korporja. Jiġifieri għalijar-reliġjon hija lingwa oħra li jien fluwenti fiha daqskemm jien fluwentifil-Malti . Kien hemm żmien kont inħossni apatetiku, speċi la nemmen li jeżisti Alla u lanqas ma nemminx, għax qisu ma jinteressanix, imma mbagħad erġajt ġejt Malta waral-Islovakkja u kumbinazzjoni rġajt iltqajtmar-reliġjon fil-forma ta’ dramm dwar David u Ġonatan u għedt,dil-istorja vera tolqotni, speċifl-istorja vera hemm jien fiha. U għedt ħa nipprova, u qisu dħalt għar-reliġjon, imma kien avviċinament ġdid, li nitgħallem iktar dwaril-Bibbja . Kif sibt f’“nonfoħfil-kustilja allużjonijiet ġodda” ftit xhur qabel, għax dakiż-żmien kont qed naħseb fuqil-Bibbja ,il-Bibbja dejjem hija sors ta’ ispirazzjoni għalija, sors ta’ xbihat, sors ta’ figuri illi internalizzajniehom, u li għalhekk jiksbu għalina sinifikat emottiv qawwi. Jien naħseb li sakemm toħroġmill-elementi l-ħżienatar-reliġjon ,mill-kundizzjonament , meta titgħallem toħroġ minnhom u tavviċinar-reliġjon minn perspettiva oħra titgħallem ħafna ħafna iżjed u titgħallem dwarir-reliġjon ukoll. Jiena avviċinajtir-reliġjon mill-ġdid minn perspettiva queer u femminista, perspettiva ekoloġika, għax kelli danl-isfond f’moħħi. Allura nista’ naviċinar-reliġjon mod ieħor. Nista’ ngħixir-reliġjon b’mod queer, b’mod immedjat. » -
- Djarju 20.10.2022
ma’
Id-djarji
tad-demm #2Jien naħseb li
l-maġija ta’ veru.Ix-xjenza sistematal-għerf mibnijamill-bniedem .L-arti ,l-astroloġija ur-reliġjon ukoll huma sistemital-għerf mibnijamill-bnedmin . Waqt lil-arti ul-astroloġija jippermettul-intwizzjoni ul-poeżija bħala fatturi validifil-metodoloġiji tagħhomtal-għerf ,ix-xjenza tiċħadl-emozzjoni ,l-intwizzjoni ul-poeżija bħala sorsital-għerf invalidi. Kull waħda minn dawnis-sistemi tal-għerffir-riskju li ssir dogmatika u totalitarja, imma jien nemmen li jispiraw lil xulxin. Inqimix-xjenza , għax tagħtil-pjaċir lill-moħħ razzjonali li għandibl-attentati biex tipprovdili tweġibiet preċiżi u loġiċi. Nadural-astroloġija ul-ħolm , mhux għax iwassluli “l-verità ” jew għax jgħinuni naral-futur , imma għax joffruli mod iktar ludiku u poetiku biex ningaġġamad-dinja . Hija għażla li narawil-maġija fil-ħajja ta’ kuljum.
Abbona