Jekk
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:

- Djarju 06.01.2024
Se jkolli nerġa’ nikteb kollox
Staqsejthom kif iħossuhom dwar il-bliet li jgħixu fihom issa u tawni tweġiba mimlija kwalifiki u eżitazzjoni. It-tnejn qalu li forsi xi darba għad imorru lura. Għaraft sew x’kienu qed jgħidu, jew għall-inqas immaġinajt li jħossuhom bħalma nħossni jien meta mmur Londra issa u ma nħallix lili nnifsi nerġa’ nsir inħobbha wisq għax inkella ttini rasi u niffissa li kienet ġennata li tlaqt. Kont mort ngħix Londra għax kelli biża’ kbir mill-provinċjalità, u għalkemm kultant dal-biża’ għadu jaħkimni bħal żiffa kiesħa, illum naf li m’hemm xejn iktar provinċjali milli tibża’ mill-provinċjalità. Minnha tiġi s-superfiċjalità li naraw fl-arti, il-“professjonaliżmu” żbaljat, il-ħela tal-flus fix-xinxilli.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #1Prefazju numru wieħed
Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut—dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #2Forma numru wieħed

Fuq ix-xaqliba
tal-Lvant tal-Qala,
idi qiegħda
taħt geddumi

fuq sodda kważi franka
moħħi
jnixxi
l-ħaxix
iraxxex
maż-żifna
tar-riħ

is-swaba’ ta’ saqajja
jniżżlu għonqhom
u driegħi jistrieħ
ma’ abti

u qalbi tħabbat
mal-mota
ta’ San Kerrew

- Djarju 26.09.2024
fuq
l-għatba waqt li niffilosofizza fuq il-ġisem u l-modi ta’ kif jista’ jiġi mmanipulat biex jiskopri iktar lilu nnifsu u lill-ieħor, nitbiegħed iktar minn tiegħi. għal kull azzjoni hemm reazzjoni, tgħid il-liġi-klixè ta’ Newton. jekk nersqu iktar viċin lejn teorija tal-materjal, hemm ċans kbir li nersqu iktar ’il bogħod mill-materjal li jsawwarna. meta nkellem lit-terapista fuq is-sens ta’ kontroll li nħossni qed nitlef fuq ġismi, u b’hekk, l-apparat li nuża biex inkun parti mid-dinja, tgħidli li r-referenza għall-ġisem nużaha bħala strument biex ingarani f’xifer irdum li jisseparani minn ġildti. my body, my body, my body, spiss nirrepeti f’dik il-kamra. nuri sens ta’ lealtà lejn il-lingwa Ingliża għax ma nafx kif nikkonfrontaha bil-lingwa t’ommijietna u forsi jekk inkellimha bil-lingwa t’ommi, nersqu wisq viċin xulxin. id-distanza hija, wara kollox, oħt u omm li daqskemm tipproteġik, taf tavvelik. f’għoxx Descartes u f’għoxx l-Ingliż.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #3Forma numru tnejn

Mort ngħum
saqajja jagħtu

u jagħtu

u jagħtu

u joħolqu ondi kbar

li jinkisru mas-saba’ l-kbir

ta’ sieqi l-leminija

u mbagħad ix-xellugija.

L-għaraq jisponta taħt xagħri
jinżel sa denbi kut’ kut’.

Purtella tingħalaq f’salt.
Id-dawl jiftaħli għajnejja.
L-għaraq jogħdos għal ġol-friex.

- Djarju 01.01.2025
Indawwar bħal ċavetta u niftaħ
il-bibien Erba’ abbozzi, erba’ titli, u għadni ma nafx xi nsejjaħlu dak li qed nikteb. Insejjaħlu rumanz għax dak li nħoss li qed nesplora—kitba ta’ rumanz li ma ssegwi l-ebda regola prestabbilita ta’ x’inhu rumanz fejn jidħlu persunaġġi, azzjoni, taqsimiet, kif jiżviluppa r-rakkont innifsu. Nista’ niksirhom kollha iżda mhux it-tul. Għalija rumanz jeħtieġ it-tul u f’dax-xogħol, għall-ewwel darba, tul m’għandix, forsi għad m’għandix, imma dil-kitba qed turini wkoll li tul ma tridx. Sentejn kitba u għadni lanqas ktibt ħmistax-il elf kelma. Fejn qabel kont inpoġġi bilqiegħda u f’ġurnata nikteb kapitlu ta’ elfejn kelma, illum inqatta’ s-sigħat biex nagħżel kelma flok oħra u sa tmiem il-ġurnata nkun meħluba, imma rnexxieli nikteb paragrafu ta’ mitt kelma. Sirt ngħid, lil min jistaqsini x’qed nikteb, “rumanz; imma iktar jinqara bħala poeżija twila, avolja proża.” Fil-verità, mhux li tant importanti nkun naf minn qabel x’se jkun. La niktbu jgħidli hu xi nsejjaħlu.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #4Prefazju numru tnejn
Is-snajja’ u l-metodi tal-antenati tagħna jibqgħu fostna bla ma nafu kif. Nimxu fit-toroq siekta qalb xogħol idejn nies li m’għadhomx magħna biex iraqqdu lil dawk li m’għadhomx magħhom. Is-snajja’ u l-metodi tal-antenati tagħna jibqgħu fostna bla ma nafu kif. Nimxu fit-toroq siekta qalb xogħol idejn nies li m’għadhomx magħna biex iraqqdu lil dawk li m’għadhomx magħhom.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #5Forma numru tlieta

Art…
Art…

Ħobbni ħobbni arti ħobbni,
semmagħli l-għajta t’amorin

Għandek lili biex issir taf
u lilna lkoll biex tnin

Art…
Art…

Li kont naf dak nagħsek fejnu
kont ingħidlek biex iġġemmgħu
żommu kollu f’vażett ħlejju,
ostru sew titfgħux għall-bejgħ

Art…
Art…

Art…
Art…

Ħobbni ħobbni arti ħobbni,
semmagħli l-għajta t’amorin

Għandek lili biex issir taf
u lilna lkoll biex tnin

Art…
Art…

Li kont naf dak nagħsek fejnu
kont ingħidlek biex iġġemmgħu
żommu kollu f’vażett ħlejju,
ostru sew titfgħux għall-bejgħ

Art…
Art…

- Poddata 24.01.2025
Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità
ma’ , , &
Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta minnha. Noah Fabri tkellmet dwar ir-rumanz tagħha It-Togħma Morra taċ-Ċiċri (Merlin 2024) u wkoll qrat silta minnu. Raylene tkellmet dwar diversi kitbiet li jidhru f’Antoloġija 1 u li jidhru wkoll online fosthom Medusa ta’ Rowena Grech, Il-Labra, Il-Lanza, il-Qoffa, l-Azzarin ta’ Loranne Vella, Likantropi ta’ Davinia Hamilton, u d-Djarju ta’ Warren Bartolo. Omar N’Shea mexxa t-taħdita. Tkellimna dwar il-kitba bil-Malti, il-ħbiberija, il-karattri f’rumanz imnebbħin mill-ħbieb tal-awtur, ir-reviżjoni, id-differenza bejn ir-rumanz u l-esej, u bosta suġġetti oħra.

- Jannar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #6Forma numru erbgħa

Ballun-ħġieġa jaqa’

U jis

piċċa

ja

qa’

fil-

fond

ilma

Wiċċ ċar, bjond,
Iħares lejn surtu
jżomm kopp fid-dell
jitkaxkar mal-jum

Id titla’ għal fuq moħħ
––is-silenzju wara li
ċagħqa tkexkex l-ilma

Ix-xemx tinqala’ minn postha
u tiltaqa’ mal-art fejn
is-sħana tinħass
bejn żewġ koxox taħt gverta
tas-suf

Abbona