Indħil Barrani
Traduzzjonijiet ta’ esejs dwar il-qagħda politika kontemporanja:
-
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
- Indħil Barrani
Il-Lingwa
tal-Ewropa Hijal-Ipokrizija ul-Flus (tr Joe Gatt)
Qisek tkun mitluq fuq wiċċ
l-oċean , tisma’t-tkarwit ta’ qiegħil-baħar f’widnejk, waqt li fuqek, bħalfl-1 ta’ Mejju 1999, disat ijiem qabel għeluqid-disa ’ sena tiegħi, jetstan-NATO jtirumid-direzzjoni tal-baħar bħal għasafartal-passa sejrin lejnl-art .Il-fatt li ftakartdil-immaġni li kont ilni li nsejt waqt li qed nikteb dwaril-lingwa bħala mezz ta’ paċi u taqbid probabbli jgħid xi ħaġa dwari. Psikoloġikament ma jimpurtanixx’jgħid dwari. Lingwistikament juri li, meta nikteb, għandi bżonn nimxifil-lingwa b’mod assoċjattiv, mingħajr ma nħossni li qed naħrab minn xi ħaġa jew li għandi nagħti prova ta’ xi ħaġa lil xi ħadd. -
- Ġunju 2024
- Indħil Barrani
Nifs: Kaos u Poeżija
(tr Karl Baldacchino)
Introduzzjoni
F’
dal-ktieb il-ġdid, li hu ddedikatlill-kundizzjoni ta’ qtugħ ta’ nifs kontemporanja tagħna, nirritorna għall-metaforatal-poeżija bħalal-unika triq għall-ħarbamis-soffokazzjoni . Illumil-poter hu bbażat fuq relazzjonijiet astratti bejn entitajiet numeriċi. Filwaqt lil-isfera finanzjarja hija ggvernatamill-algoritmi li jgħaqqdul-frattalji ta’ xogħol prekarju,l-isfera tal-ħajja hija invaduta minn flussi ta’ kaos li jipparalizzawil-ġisem soċjali u joħonqun-nifs u jifgawh. M’hemml-ebda ħarba politika minn dinin-nassa: il-poeżija biss, bħalal-eċċess ta’ skambju semjotiku, tista’ terġa’ tattivan-nifs .Il-poeżija biss tgħinnafl-apokalissi li diġà qed tifferoċja taħtl-effett ta’ deċennji ta’ assolutiżmu finanzjarju.Il-poeżija biss se ttaffit-tbatija ta’ moħħl-inġinier u ta’ moħħil-poeta , u se tkun qed taġixxi biex treġġa’ lural-ħakma tal-isfera finanzjarja fuqil-lingwa . The Uprising kien esejfil-ġenealoġija tal-qawwa finanzjarja,mil-lat tal-lingwa u partikolarmentmil-lat “tal-emanċipazzjoni tas-sinifikatmir-realtà ”, li antiċipatl-emanċipazzjoni tal-flusmill-ekonomija reali ul-kobba sħiħa ta’ astrazzjoni preżentifl-aħħar seklu. The Uprising kien dijanjosi ġenealoġika. Nifs huwa esej fuqit-terapija . Kif ser naġixxubis-soffokazzjoni li pproduċietl-astrazzjoni tull-istorja umana? Jeżisti ħruġmill-katavru tal-kapitaliżmu finanzjarju. -
- Frar 2024
- Indħil Barrani
Kollox Iperpolitiku
(tr Karl Baldacchino)
Ir-ritratti huma ta’ lwien jgħajtu, kważi fluworexxenti.
It-tema li tgħaqqadhom hi “l-imħabba ”. F’ritratt jismu Love (hands in hair), mara b’xagħar aħmar u għajnejha magħluqin hija miżmuma minn par idejn maskili li jilħquha minn barral-bordura . F’ritratt ieħor raġel b’ġakkettatal-jeans qed jiżfen waħdu, kważi qed ilaħħaq għal idfil-qrib . F’Love (hands praying), mara b’għajnejha magħluqin torbot idejha f’nofs folla clubbers. Bħallikieku f’ritwal sekulari, timmeditafl-anonimità tad-diskoteka.In-nies fir-ritratt jiżfnu ma’ mużika maħluqa fuqil-bażi ta’ ħsejjes li jarmil-makkinarju industrijali ta’ Detroit u Manchester,il-bliet tewmin li welldut-tekno . Fl-1989, però — is-sena li fiha ttieħdu dawnir-ritratti — il-magni m’għadhomx jaħdmu. Ħafna minnhom ċkienu jew ġew irrilokati lejn iċ-Ċina, filwaqt lil-bliet tewmintat-tekno ġew deindustrijalizzati. Waqt li kienet qed tivvjaġġa ġo megabelt Ċiniża xi snin qabel,il-fotografa Ġermaniża Hilla Becher innotatl-assemblaġġ mill-ġdid ta’ kopja ta’ mitħnatal-azzar li darba ġibdetfl-Ewropa . Issa,iż-żgħażagħ fir-ritrattital-ħajja ta’ billejl ta’ Wolfgang Tillmans jiżfnu biex jippruvaw ixejnul-industrija ,il-politika ul-istorja nfisha. Ta’ min jinnotaż-żmien ul-post tar-ritratti ta’ Tillmans. Jiddokumentaw Londra taħt Thatcher u Berlin waqt lil-Ħajt nieżel. Lejnil-Lvant ,is-soċjaliżmu statali qed joqrobil-kollass .Il-kapitaliżmu globali huwa trijonfanti.Id-deindustrijalizzazzjoni tal-Punent qed taċċellera.Fl-istess sena lix-xjenzat politiku Amerikan Francis Fukuyama ppubblikal-esej leġġendarja tiegħu dwar “it-tmiem tal-istorja”fin-National Interest,il-kamera ta’ Tillmans issa ssir xhieda ta’ eżerċizzju ta’ amnesija kollettiva: tentattiv biex jitkeċċewl-ispettri ideoloġiċitas-seklu li għadda ubil-kwiet nimxu lejn utopja privata. Żmienil-“postpolitika ” infetaħ.