Fruntieri/Paċi
-
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Il-Lingwa
tal-Ewropa Hijal-Ipokrizija ul-Flus (tr Joe Gatt)
Qisek tkun mitluq fuq wiċċ
l-oċean , tisma’t-tkarwit ta’ qiegħil-baħar f’widnejk, waqt li fuqek, bħalfl-1 ta’ Mejju 1999, disat ijiem qabel għeluqid-disa ’ sena tiegħi, jetstan-NATO jtirumid-direzzjoni tal-baħar bħal għasafartal-passa sejrin lejnl-art .Il-fatt li ftakartdil-immaġni li kont ilni li nsejt waqt li qed nikteb dwaril-lingwa bħala mezz ta’ paċi u taqbid probabbli jgħid xi ħaġa dwari. Psikoloġikament ma jimpurtanixx’jgħid dwari. Lingwistikament juri li, meta nikteb, għandi bżonn nimxifil-lingwa b’mod assoċjattiv, mingħajr ma nħossni li qed naħrab minn xi ħaġa jew li għandi nagħti prova ta’ xi ħaġa lil xi ħadd. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
#Amerkapost Tqila
(tr Joe Gatt)
Il-ħaddiema
tat-tifi tan-nar qed jippassiġġaw u jħabirku. Jirrispettaw żaqqi u jagħmlulnal-wisa ’. Kill Bill. Min qallek tara dakil-film meta int daqshekk tqila? qaltli Karine. Għadha ma tkellimnixsal-ġurnata tal-lum. Minn dakinhar.Is-sala taċ-ċinema mimlija. Ċomp ċomp.Il-popcorn f’ħalqi u Thurman tiftaħ għajnejha f’rasi. Tumm-tumm-tumm. Thurman timxi f’rasi. Sparar. Ħġieġ. Għarusa bajda b’żaqq ħobla u ħafna demm. Baħar ta’ demm. Kollox aħmar. Dakil-period tiegħi? Kif jista’ jkun? Jien tqila. Daħlet ġo żaqqi. Dawret kollox ta’ taħt fuq. Naħrab.L-għarusa qed tiġri warajja. Karine u Thurman ġo rasi. Tliftha ’l Karine dakinhar. Ma tkellimnix, ma tgħidlix saħħa. Dari hija ġufi. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt?Introduzzjoni
L-immaġni
tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħetil-gwerra fuql-Ukrajna , reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa.X’sar minnudal-proxxmu bla isem? Fejn marbir-rota ,dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofsdil-ħerba ? U kienet proprju dinl-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejthar-rota meta ħrabt?”X’sar minnudar-raġel , u hemm xi ħadd li jimpurtah?Il-ġenerożità lejnir-refuġjati Ukreni filwaqt lil-Ewropa tkompli tibnil-ħitan tal-fortizza kontra kulħadd, tfakkarnafil-barbariżmu tal-mexxejja tagħna. B’dinil-poeżija , ul-oħrajn kollha miġbura hawn, ridt infakkarlill-mexxejja tagħna f’danir-raġel anonimu miexibir-rota , li jista’ jmut bħala konsegwenzatad-deċiżjonijiet tagħhom. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Shaft
taż-Żibel (silta)(tr Joe Gatt)
Ħallejt kollox warajk ġarrejt gverta, ftit ħrieqi, lil bintek, qsamt
ix-xmara taħtil-pont imġarraf imxejtfix-xita ufin-nixfa , fuq art lesta tibilgħek, fuq ibħra kulurid-dlam ’il bogħod minn darek, ’il bogħod minn fejn ħallejt kollox warajk: iċ-ċertifikattal-gradwazzjoni fl-artimill-istitut tekniku ir-ritratti kollhatal-familja — inkluż tiegħek ta’ ħames snin liebes ġlekk blu, ir-rota ta’ meta kont tifel u li żammejtha biex tagħtiha ’l uliedek, xi darba, il-kollezzjonital-bolli , l-ittri ta’ mħabba li kitbitlekl-ewwel tfajla, moħbija f’kaxxataż-żraben , bagalja li siefret miegħek u ma’ missierek meta ma kellekx taħrab. Fejn ħallejthal-bagalja ? Fejnul-bieb tad-dar li sakkart? Ħriġt minn xi sqaqtal-belt il-qadima ta’ Mosul? Jew ħadtil-baħar mix-xatt ta’ Ħodejda? Jew forsi għaddejt taħtil-baraxx żibel mitfugħ fi triqtekmill-aljeni fix-Xejħ Ġerraħ? Qsamtxmill-mini taħtl-art ta’ Gaża jwassluk f’ħalqil-faragħun Eġizzjan? Jew forsi kont iżjed qribna? Bħalna? X’kulur huma għajnejn bintek? Danl-aħħar ġew ċorma minn Kjiv. Dawk jieħdu prijorità, dawk iżjed bħalna. Dawk jeħtieġ jidħlu, erħilha lisal-bieraħ konna ndaħħlu bissin-nisa jaħdmufil-klabbs esklussivitat-traffikanti bil-ġlekk. Erħilha li sa dalgħodu għadna qed nippruvaw nisolħuhomfil-kwarantina waqt li nbiegħul-passaporti lill-biċċiera bi skieken isserratitad-deheb . Fejn ħallejthar-rota meta ħrabt? F’xi triq imħarbta Tripli jew f’xi belt ċivilizzatatal-Ewropa ? Tifhem li dawn mistoqsijiet importanti. Jeħtieġ nistaqsuhom. Tifhem li mhux kull min ħalla kollox warajh ħaqqu ħinna. Hemm kwistjonijiet profondi, taf inti: Tippreferil-kebab jewis-soppa tal-armla? Ir-ross tieklu b’furketta jew taqbdu b’idejk? Meta toqtol ’il xi ħadd troddis-salib jew tgħid Allaħ hu akbar? Poġġi bilqegħda ħa nieħdu ftit noti qabel nikkommettu ruħna. Mhux se ntawlu, illum tgħallimna nfittxu għas-sinjalitas-sikrana . Malajr se nkunu nistgħu ngħidulekl-atroċitajiet tiegħek humiex denjital-kompassjoni tagħna. Tifhem li sirna effiċjentifil-kalkolu tal-proporzjon: hemm Apartheid u Apartheid hemm dittatur u dittatur hemm reżistenza u reżistenza hemm qattiel u qattiel hemm aħna u huma u inti, u bintek, ul-formola li trid timtela’ ud-dettalji ta’ ġildtek u familtek u fakkarni, fejn ħallejthar-rota meta ħrabt? -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #11. Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt?Ħallejt kollox warajk
ġarrejt gverta, ftit ħrieqi, lil bintek,
qsamt ix-xmara taħt il-pont imġarraf
imxejt fix-xita u fin-nixfa,
fuq art lesta tibilgħek,
fuq ibħra kulur id-dlam
’il bogħod minn darek,
’il bogħod minn fejn ħallejt kollox warajk:
iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni fl-arti mill-istitut tekniku
ir-ritratti kollha tal-familja — inkluż tiegħek ta’ ħames snin liebes ġlekk blu,
ir-rota ta’ meta kont tifel u li żammejtha biex tagħtiha ’l uliedek, xi darba,
il-kollezzjoni tal-bolli,
l-ittri ta’ mħabba li kitbitlek l-ewwel tfajla, moħbija f’kaxxa taż-żraben,
bagalja li siefret miegħek u ma’ missierek meta ma kellekx taħrab.
Fejn ħallejtha l-bagalja?
Fejnu l-bieb tad-dar li sakkart?
Ħriġt minn xi sqaq tal-belt il-qadima ta’ Mosul?
Jew ħadt il-baħar mix-xatt ta’ Ħodejda?
Jew forsi għaddejt taħt il-baraxx żibel mitfugħ fi triqtek mill-aljeni fix-Xejħ Ġerraħ?
Qsamtx mill-mini taħt l-art ta’ Gaża jwassluk f’ħalq il-faragħun Eġizzjan?
Jew forsi kont iżjed qribna? Bħalna?
X’kulur huma għajnejn bintek?
Dan l-aħħar ġew ċorma minn Kjiv.
Dawk jieħdu prijorità, dawk iżjed bħalna.
Dawk jeħtieġ jidħlu,
erħilha li sal-bieraħ konna ndaħħlu biss in-nisa jaħdmu fil-klabbs esklussivi tat-traffikanti bil-ġlekk.
Erħilha li sa dalgħodu għadna qed nippruvaw nisolħuhom fil-kwarantina waqt li nbigħu l-passaporti lill-biċċiera bi skieken isserrati tad-deheb. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #22. Ħafsa
Għedt lili nnifsi:
“Le, Ħafsa, int mhix sejra ssir refuġjata,
int sejra fuq ġita,
vaganza — ara ħu l-make-up
u l-malja,
itfa’ xugaman ukoll
u l-krema tax-xemx
u l-kappell tat-tiben
u l-ktieb li għadek kif bdejt taqra.”
Tlaqt minħabba t-tifla.
Bħal missieri, ma ridtx inħalli darna taqa’ f’idejn l-irġiel armati
li qed jieħdu kollox.
Sptarijiet, djar, ħwienet, imħażen tal-ikel.
Ħamsin tarbija f’orfanotrofju ntqal li mietu bil-ġuħ
u min-nuqqas ta’ mediċini, elettriku, ilma.
Ħamsin tarbija f’orfanotrofju.
Ma fadalx tobba.
Ma fadalx ilma.
Ma fadalx elettriku.
Ma fadalx ħajja.
Ma fadalx tfal ifittxu l-ġrieden.
Ma fadalx ġrieden
f’Khartoum
f’belti.
Għedt lili nnifsi:
“Ħafsa, xi trid tipproteġi hawn f’darek,
meta l-belt inbelgħet u t-toroq qed jgħosfru
ta’ kuljum?
Xi trid tipproteġi mill-ħatfa
ta’ dawn iż-żewġ ġenerali,
ulied ir-regħba
li ddeċidew li pajjiżek sar tagħhom
u li dak li mhux tagħhom
se jinħaraq fil-fjammi —
il-kampijiet,
in-nisa tqal u l-morda,
dak li jifdal mill-istupri,
dak li jifdal mill-iġsma mhux għalkollox maħruqa,
dak li jifdal mill-bagalji
tqal wisq biex jinġarru,
dak li jifdal mill-ħwejjeġ mitluqa fit-triq,
dak li jifdal wara li ruħ il-belt
toħroġ biex minflokha
jidħol is-sid il-ġdid,
is-sid b’żewġt irjus
li tefagħna kollha ’l barra.” -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #33. Ażiż
Ara fejn spiċċajna, ejja ara
b’għajnejk. Ħrabna mill-ħmar il-lejl
tal-Kalifat l-iswed
u ara ftit hawnhekk,
ara fejn spiċċajna,
it-trab, ix-xemx, il-ħara,
hawn trabi għadhom qed jerdgħu,
hawn xjuħ ma jistgħux jimxu,
hawn nisa se jwelldu
u tfal jiġru
se jimirdu.
Kollha se jimirdu.
Fejn tefgħuna?
Mhux pajjiżna dan?
Kif dejjem hekk magħna?
Ħalluna mmorru lura djarna
la taqtgħu ras il-Kalifat
li kiber taħt il-patroċinju tagħkom,
id-dollari,
iż-żejt,
l-armi tal-qerda tal-mases,
il-gideb u l-bombi.
X’naħtu aħna l-bdiewa ta’ Falluġa
u ħutna ta’ Mosul
sħabna tal-Qajjara
u ta’ Ħammam Al Alil
li fuqna kollha
niżlet dil-purtiera s-sewda
b’isem Alla u r-Rasul
b’isem kull min biegħna u ħadimna
dawk tal-ġlekk u dawk tas-skieken
dawk tad-dollari u dawk tad-deheb misruq?
U ara fejn tefgħuna
u ara llejla fejn se norqdu
u għidli inti,
meta se jintemm dal-ħmar il-lejl? -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #44. Rula
Ir-ritratt li qassmu tiegħi
ħaduli missieri fl-aħħar birthday
biċ-ċoff pjuttost goff
fuq xagħri miġbur taħt il-bend
u l-ġakketta roża.
Mhuwiex ir-ritratt favorit,
biex inkun għedtilkom kollox,
ma nafx għaliex missieri għandu tant bokka bih.
Anki fuq il-mobile tefgħu, fil-home screen,
ta’ xejn għedtlu li għandna ritratti aħjar.
U mbagħad kellu dak il-video
tiegħi niżfen quddiem it-televixin
waqt li naraw Arabs Got Talent
bit-tieqa miftuħa u l-qattus imgerrex fir-rokna
mill-għajjat u d-daħq u l-ferħ
u missieri u ommi jidħqu
u l-kuġini kollha ikbar minni
jinġabru madwari u jċapċpu
“kompli, Rula, kompli”
u jien nidħaq magħhom
niżfen u naqbeż
u issa ftit Dabka
sakemm isir il-ħin għall-irqad
u l-kuġini jaqsmu t-triq
Triq Al Waħda
taħt id-dawl isfar tal-bozoz f’lejl imdawwal, maħnuqa mill-generators f’lejl mudlam
u mmorru kollha norqdu.
Anki dak il-video qassam,
erħilha li liebsa ta’ ġewwa,
kif mort norqod l-aħħar lejl.
Kont nippreferi kieku qassmu r-ritratt tiegħi
ma’ Yara, Ħala u Mira
qed naqsam il-kejk
nidħqu
insejt għaliex
imma qed nidħqu
u Mira għandha tikka ġelu fuq imneħirha
li ċappastilha jien.
Imma Yara, Ħala u Mira
tawhom ir-ritratti tagħhom
waħedhom
Yara ħelwa ħafna bin-nuċċali u l-uniformi tal-iskola
imma kien ikun isbaħ ir-ritratt tagħna f’daqqa
tal-aħħar birthday
meta dħaqna ħafna.
Kont qed noħlom meta waqgħet dalma
kont qed noħlom dak il-ħolm li qalulna npinġu dwaru
dak il-ħolm li jġegħelni negħreq fis-sodda
dak il-ħolm li jġib l-imħadda għasra
u xagħri u rasi u kollni kemm jien
bejn sħana taħraq u kesħa xxoqq l-għadam
bejn negħreq u nirtogħod
bejn mewt u ħajja
bejn dlam u aktar dlam
ġiet dalma ikbar
u storbju li ma jinstemax
silenzju li jtarrax.
U naf li hekk intemm il-ħmar il-lejl
u issa m’hemmx iżjed għalfejn
inpinġi
il-mostri bi snien kbar jonfħu n-nar
is-swaba’ u s-saqajn żgħar
imxerrdin
maġenb ballun tal-futbol ħdejn il-baħar,
l-ajruplani jniffdu l-bjut,
bastimenti jisparaw lejn ix-xatt
kostellazzjoni ta’ fosfru nieżel fuqna.
U naf ukoll
li d-dlam mhux dejjem ibeżżagħni,
mhux dejjem se nibki fid-dlam,
ara, ma, m’iniex nibki,
ara kemm jien brava,
illum m’jien inħoss xejn. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #55. Maħmud
Ma rridx ingerger,
iz-ziju jieħu ħsiebi qisni kont ibnu
u hawn m’hawnx ġlied,
nixtieq li kont aħjar
imma ma rridx neqred,
hawnhekk aħjar,
hawnhekk m’hawnx inkwiet,
imma għajjien
negħja malajr
nixtieq li kont aħjar
hawn kollox aħjar.
L-isptar, hemm inqatta’ ħafna minn ħini.
L-isptar — lura d-dar
ma kienx mill-agħar,
kellu d-demm u l-labar u s-sodod,
il-madum abjad u l-ħadid bis-sadid,
kienu jafuni u kont nafhom
l-infermiera, it-tobba, l-ispeċjalista,
dak li jiftaħ il-bieb,
dak li jtini l-larinġ magħsur tal-pakkett,
dik li tħossli l-polz u tfittixli l-vina
dejjem tfettet f’idi
waqt li b’idi l-oħra ħielsa nżomm il-ktieb tal-iskola
jew il-pakkett tal-larinġ il-magħsur
jew iċ-ċikkulata li tħallili ommi kull darba li niġi l-isptar
fil-but tal-ġakketta
u meta ninsieha ddub,
u għalhekk dejjem noħroġha l-ewwel ħaġa
malli dik li tħossli l-polz u tfittixli l-vina
tiġi tfettet f’idi.
Ma rridx ingerger,
hawn ħadd ma jiġi jfittxek
jara intix taħrab mil-lieva,
hawn ħadd ma joqtlok ta’ xejn,
hawn kollox aħjar.
L-affarijiet inbidlu bil-mod.
L-ewwel il-qtugħ tad-dawl
minn tliet sigħat, sa sitta, sa tnax
sa qtugħ totali.
Il-generator dejjem iżid il-krib
jitħarħar bħalna l-morda
sakemm imut ukoll.
Imbagħad l-ilma,
l-infermiera spiċċaw jaħslu jdejhom f’barmil,
imbagħad id-demm
spiċċa wkoll,
dawk il-martri kollha jnixxu d-demm fit-toroq
spiċċajt nieħdu dirett minn missieri
u minn zijuwi Khaled
u mill-kuġin Abbas
trasfużjoni diretta
sakemm il-bombi qerdu l-isptar
u l-oħrajn kollha ta’ madwarna
u ma fadal imkien ieħor fejn stajt inkompli ngħix.
Ġejt waħdi hawn għand iz-ziju,
qsamt ix-xmara u ħallejt kollox warajja
u minn dakinhar kuljum ngħid
li hawn kollox aħjar,
imma issa qed negħja
u naħseb għandek id-dettalji kollha
u l-ittra tat-tabib
u ħadtu r-ritratt
ma nixtieqx nitlaq minn hawn. -
- Ottubru 2025
- Fruntieri/Paċi
Fejn Ħallejtha
r-Rota Meta Ħrabt? #66. Ibraħim
Sitt ikmamar kellna hawn,
kont ngħix m’ibni
hemmhekk fejn konna ninħaslu,
hemm kien hemm il-fniek,
hawn kont inżomm in-nagħaġ.
Ġew bil-ġarrafa
qalulna din art tal-gvern
ma tistax tgħix hawn.
Kif trid tgħix hawn?
Mhux artna din?
Ġejna hawn meta keċċewna
min-naħa l-oħra,
hemmhekk kellna l-bjar u l-għerien
u l-ilqugħ fis-sajf u fix-xitwa
u konna ngħixu tajjeb.
Ġejna hawn meta keċċewna,
la kien hawn ilma
la fejn tistkenn,
imma ġejna
fejn trid tmur?
U bdejna,
ħaffirna l-bjar
u bnejna
u żrajna s-siġar
u stajna ngħixu
nixorbu mill-bjar.
Imbagħad ġew hawn,
qallbulna d-dar,
kull lejl ma tafx x’ġejjin ifittxu,
iqallbu l-kamra t’ibni,
iqallbu tiegħi,
ifittxu qalb il-fniek,
ineżżgħuni fix-xita,
jarmu l-ħwejjeġ u l-lożor fit-tajn
f’nofs ta’ lejl
biex ifittxu.
Imbagħad reġgħu ġew hawn
bil-gafef u bl-armi
u bl-ittri u bl-ordni
ġarrfulna d-dar,
ma ġara xejn,
bqajna hawn,
il-bhejjem kellhom l-ilma
u aħna norqdu magħhom.
Imbagħad reġgħu ġew hawn
xahar wara
jkissru l-bjar
fuq ordni li ngħatat.
U kissru l-bjar.
Għedtilhom: “Il-bir jixrob minnu t-tajr
u jixrob minnu l-kelb
u n-naħal,
kull ħaġa ħajja tixrob minn dal-bir,
għaliex trid tkissru?”
Qaluli: “Din l-ordni.
Se nkissru l-bjar u l-art maġenbhom
u kull filata li tellajtu.
Ma tistax tgħix hawn.”
Anki l-ħamiem u l-fniek
għaddew minn fuqhom
bil-gafef u l-ġarrafa,
ta’ xejn għedtilhom
ħaram għalikom
tgħaffġuhom hekk ħajjin.
Anki l-ħamiem u l-fniek
li kienu jixorbu minn dal-bir
għaddew minn fuqhom.
“Hawnhekk ma tistax tgħix,”
qaluli.
Bħal donnu nsew
li lanqas huma
ma jistgħu jgħixu
fejn hemm l-iħirsa jterrqu għarwenin fix-xita,
fejn siġar qodma mqaċċta għadhom jitniffsu taħt it-trab,
fejn krib il-ħlejjaq mgħaffġa jwerżaq f’nofs ta’ lejl kuljum
u fejn il-bjar imkissra saru jġorru fihom demm ibaqbaq.
Issa taraw.