Issa għadda biżżejjed żmien, minn meta
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Diċembru 2024
L-Aħħar Ballu
tas-Sinjorini Kien wasal lejl ieħor biex immorru
n-Natasha ’s, ballutas-sinjorini x-Xemxija limill-bidu tad-disgħinijiet beda jseħħ kull xahar u li fih konna nilbsu, nitilgħu high, u nixxalaw sakemmil-bijokimika ta’ ġisimna ma kinitx tiflaħ iktar.In-Natasha ’s ma kienx post fejn immorru nħufu. Orrajt, kien hemm min jiġi mingħalih se jgħabbi, imman-Natasha ’s kien maħkum minn spirtu ġdidfix-xena tagħna: skoprejnal-kostumi ,iż-żebgħa tal-wiċċ,it-tkaken ,ix-shows ,il-moda DIY,id-DJ sets,il-grunge queer,l-afterhours , ul-empatija kimika li fihal-ħbieb setgħu jsiru maħbubin anki jekk għal ftit sigħat fi tmiemil-ġimgħa darbafix-xahar .In-Natasha ’s kien festa kkulurita ta’ potenzjalità,l-aħħar ballu qabell-għodwa tal-omonormattività li sebħet u daħlet bħal gaffa fuqix-xena queerfil-bidu tal-millennjul-ġdid . In-Natasha’smill-ewwel kien jinħass li hu importanti għaliexmill-bidu kien iddokumentat kemmbil-video kif ukoll b’numru enormi ta’ ritratti.Mill-ewwel kien hemm sens li qed tinħoloq komunità, li konna parti minn avveniment storiku għas-sinjorini, li xi darba għad inħarsu lura u nippruvaw nifhmux’kien qed jiġri. Forsi għax, għall-ewwel darba,l-avvenimenti kienu qed jinħolqu minn persuni queer għal udjenza queer. U għalkemmin-Natasha ’s ma kienx proġett iżolat — fil-fatt kien infurmat sew minn kurrenti Londiniżi, speċjalment minn serati bħal Taboo u Kinky Gerlinky — kellu grammatika u loġika li kienu indiġeni sew. U jekk serati oħra spiss kien jingħatalhom isem partikolari,in-Natasha ’s kien jissejjaħbl-isem tal-post innifsu, qisu diġà kien hemm fih dak li Joseph u Stefan bħala organizzaturi riedu jevokaw. Ridnal-attitudni ul-ispettaklu ,l-ikkampjar uż-żagħbil ,l-ilbies ul-pirmli .Il-proġett Natasha’s kien jinvolvi organizzazzjoni rudimentarja:il-flyer kien magħmul malajr, ikkupjat fuq magnatal-photocopy tal-Malta Independent fejn għamilt żmien nikteb xi artikli għall-gazzettatal-Ħadd . Armar ma tantx kien hemm bżonn minħabba lin-Natasha ’s kien iħaddan fihil-kollezzjoni vasta li kellu Vince, sidil-post , ta’ modernarjat artistiku: minn maskeruni ta’ Gianni Vella għal-lampital-Biba ’s Emporium iżejnu kmamar sħaħ miżbugħin roża u terazzin li jagħti għal fuqil-bajja tax-Xemxija.Il-lejla kienet tkun ispirata wkoll kemmmill-mużika kontemporanja kif ukollmix-xena discotas-sebgħinijiet umill-kanzunetti tad-divi Taljani.Id-DJ queer kien fenomenu kważi ġdid — kważi, għaliex Malta diġà kien hemm DJis-Seabed , clubtas-sinjorini l-Belt maġenbit-teatru l-imwaqqa’, taħtl-art . U forsis-Seabed kienl-ewwel iterazzjoni ta’ danit-tip ta’ ambjent li fih stajt tmur biex tkun faqgħa. Spiss,il-Ġimgħa us-Sibt filgħaxija,is-Seabed kien jitbattalmin-normali għall-ħabtatal-ħdax u minn ġo kaxxa b’tieqa żgħira li minnha kienet iddoqq,il-Kekina tibda ssensel diska f’diska, sett wara sett ta’ diski kkampjati u emblematiċi għas-sinjorini, li kienu jinkludu “Where is My Man” ta’ Eartha Kitt u “On the Radio” ta’ Donna Summer.In-Natasha ’s, però, DJ Pierre kellu repożitorju enormi ta’ mużika ġo rasu u kien beda joħloq sonorità queer partikolari, infurmata minn ħsejjes elettroniċi ġodda mħalltinmad-disco klassikutax-Chic ,l-Inner City, Sylvester, Cerrone ur-ritmi tal-Italodisco. -
- Diċembru 2024
Nifs: Kaos u Poeżija #4
(tr Karl Baldacchino)
Il-kaos u
l-moħħ Il-preżent jista’ jitqies bħala
l-Era tal-Illuminiżmu Mudlam:l-era tar-rifjuttal-Illuminiżmu razzjonalistikutal-modernità minn dawk li tmexxew biex jissottomettur-raġuni ul-ħajja għall-feroċitàtal-matematika finanzjarja.Il-kategoriji razzjonali tilful-ħakma tagħhom fuql-avvanz soċjali tagħna, u neħtieġu approċċ differenti biex nifhmul-kundizzjoni postrazzjonali kontemporanja tagħna. Żmienna huwa ttraversat minn ċertu sentiment apokalittiku.L-istituzzjoni l-aktar ikkreditata għall-interpretazzjonitat-test famuż attribwit lil Ġwanni ta’ Patmos — il-Knisja Kattolika, lil-kompetenza tagħha ilha stabbilita — danl-aħħar tħawdet minn avvenimentital-għaġeb li qatt ma smajna bihom.Fl-2005 Karol Wojtyla,il-Papa li rebaħil-ġlieda twila kontral-Imperu tal-Ħażental-Unjoni Sovjetika, ta spettaklu ta’ tbatija fiżika estrema u kuraġġ li xxandarmad-dinja kollha. Wara mewtu, Papa ġdid ta’ nisel Ġermaniż wasal Ruma jipproklamal-uniċità inkontestabblital-Verità , u jikkundannar-relattiviżmu . -
- Djarju 01.10.2024
L-għasafar jinstemgħu foloz
Ħafna drabi nħoss li qed inqarreb lejn
l-iktar ħsieb rudimentali; drabi oħra, ma nistax insegwil-korsa tal-ħsieb tiegħi stess. Memorja: għaxar snin ilu qrajt Kubla Khan ta’ Coleridge, poeżija li kien qed jiktebfis-sena 1797 wara li qam minn ħolma mnebbħamil-loppju iżda li ma rnexxilux jispiċċa għax ġie interrott minn persuna minn Porlock, u b’hekk nesa dak li ried jikteb. Meta kont qed nistudjal-Klassiċi l-università, wieħedmill-awturi assenjati għall-finali tiegħi kien Erodotu.L-ewwel ħaġa li qalulna waqt lezzjoni dwaru kienet li hu magħruf bħala missierl-istorja . Jien, kull test li jagħti attenzjoni kbira għall-fatti storiċi, speċjalment dawk li jirrakkuntaw f’dettall kbir kif marret battalja partikolari, kienu jdejquni. Kemm suldati, kemm flotot, kemm iljunfanti marru għall-battalja. Ma kien jimpurtani xejn. Madankollu, iktar tard skoprejt ċertu gost f’Erodotu. Dak kienil-metodu tal-kitba tiegħu; jagħti ħafna dettalji mingħajr wisq passjoni. Huwal-istil tal-kitba tiegħu li jidher dissoċjattiv, li jinħass iktar kontemporanju issa. Kull meta nipprova nikteb idea waħda, insib lili nnifsi diġà għajjien biha u f’daqqa waħda tiġi tħabbatil-ħeġġa biex nikteb dwar xi ħaġa oħra. -
- Diċembru 2024
nonfoħ
fil-kustilji allużjonijiet ġoddaTistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma
l-kumplimenti kumplimenti jibqgħu, jiġu mingħand min jiġu. Ngħidilha li Ġesù Kristu żelaqmin-nifs li nieħu bħad-dijossidutal-karbonju u ma nafx għadx jerġa’ jidħol. Tgħidli li Alla nefaħfil-kustilji t’Adam u ħoloqlill-mara u nħossha tifhimni. Nistaqsiha xi knisja tattendi u tgħidli li hi Mormona. Naqbdu nidħqubil-ġuvintur bil-qomos bojod ul-qliezet suwed li żgur mhumiextas-satin iċemplul-qniepen tan-nies biex iwasslulhom lil Ġesù Kristu. Tgħidli li forsi tliftu għax ma sibtx komunità u ngħidilha li mhux għalhekk imma nkun qed nigdeb. -
- Diċembru 2024
il-ġentrifikazzjoni
tas-skiet tistenbaħ kakofoniku
tħawwad il-borma
tixgħel il-kitla
tgħalli litru ilma
trattab l-arja bil-kafè
fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda
u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji
’l bogħod minn dawn is-subborgi ġentrifikati
qatt m’aft li l-kafè għandu effetti terapewtiċi
kien mingħalija li l-ħaxixa biss tpejjipha
biex taqla’ x-xewka f’sormok
minflokha ddaħħal sensazzjonijiet iċarrtu ħalqhom għal kapriċċik
biex issebbaħ lok mingħajr prinċipji estetiċi
biex iċċallsu b’saff verniċ
darba o ħadni praga fit-toroq nervużi ta’ žižkov
u qalli niddeċiedi jien jekk dil-akkwata kinitx ġentrifikata
meta għamiltlek dil-mistoqsija
weġibtni dubjuż jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtni b’hekk
u lil o weġibtu bil-yoghurt tewmi tad-döner jiċċaflas ma’ ħaddejja
jiddependi xi tfisser b’ġentrifikazzjoni u ħallejtu b’hekk
Abbona