•  

Cookies

 

Il-cookies huma bħal fajls żgħar li jinkitbu fuq il-kompjuter tiegħek biex il-websites ikunu jistgħu jiftakru xi informazzjoni waqt li tqalleb minn paġna għall-oħra.

Il-cookies li nużaw aħna huma ssettjati u kkontrollati minna stess. Ma ngħaddu l-ebda data lil kumpaniji esterni, u lanqas nibagħtu d-data tagħna lil servers ikkontrollati minn ħaddieħor.

F’ħafna siti oħrajn, l-informazzjoni maħżuna fil-cookies tista’ tingħata lil websites oħrajn biex dawn isiru jafu dwar il-gosti u d-drawwiet tiegħek u b’hekk jiddeċiedu x’jaqblilhom jirreklamawlek l-iktar. Dan jissejjaħ “tracking” u aħna ma nagħmluhx.

Aphroconfuso jpoġġi biss tip wieħed ta’ cookies fuq il-kompjuter tiegħek. Dawn jissejħu “essenzjali” għax mingħajrhom il-website ma tistax taħdem. 

Nużaw is-sistema Matomo biex niġbru informazzjoni dwar l-użu ta’ aphroconfuso.mt mingħajr ma jkollna ebda mod kif insiru nafu xi ħaġa dwarek personalment. L-informazzjoni tinżamm fuq is-server tagħna, u ssettjajna l-Matomo biex ma tħallix cookies fuq il-kompjuter tiegħek.

Il-cookies essenzjali li nżommu fuq il-kompjuter tiegħek huma dawn:

newsletter tiftakar jekk għandekx abbonament fin-newsletter, u jekk ikkonfermajtx l-abbonament tiegħek. F’każ li tkun ġa abbonajt, ma nibqgħux infakkruk biex tabbona.

Biex nipproteġu lil aphroconfuso.mt mill-ħafna attakki li kull website hija vulnerabbli għalihom, aħna nużaw is-servizzi tal-Cloudflare. Dawn jieħdu ħsieb iwaqqfu l-abbuż fuq ir-riżorsi tagħna, pereżempju billi jiżguraw li kull utent li jiġi fuq is-sit huwa uman u mhux xi kompjuter ieħor. Minn żmien għall-ieħor, jista’ jkun li l-Cloudflare jpoġġu cookies fuq il-kompjuter tiegħek biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom. Dawn il-cookies huma meqjusa essenzjali.

font tiftakar id-daqs ta' font li trid tuża.

Informazzjoni li niġbru

L-informazzjoni li permezz tal-Matomo normalment niġbru waqt iż-żjarat tiegħek (mingħajr ma nħallu cookies) hija:

fejn int jiġifieri pajjiż, reġjun, belt, jew lonġitudni/latitudni bejn wieħed u ieħor

data u ħin taż-żjara

titlu tal-paġna li qed iżżur

URL tal-paġna li qed iżżur

URL tal-paġna li rreferietek għal din il-paġna

riżoluzzjoni tal-iskrin li qed tuża

fajls li niżżilt

links li kklikkjajt

kemm dam il-brawżer tiegħek biex jiġġenera l-paġna li qed tara

il-brawżer li qed tuża u dettalji dwaru, pereżempju l-verżjoni, il-plugins u l-User-Agent header

il-lingwa li għandek il-brawżer issettjat għaliha

azzjonijiet bħal ikklikkjar fuq links u buttuni speċifiċi, skrolljar, eċċ.

Jekk fis-settings tal-brawżer tiegħek għażilt “Do Not Track,” aħna nirrispettaw din l-għażla. Biex tagħmel din l-għażla, segwi l-istruzzjonijiet skont il-brawżer li tuża: Chrome, Safari, Edge, Firefox, Opera, eċċ.

Mod ieħor kif twaqqafna milli niġbru statistika dwar iż-żjarat tiegħek huwa billi tagħżel hawn taħt.

Dekorazzjoni art-nouveau