Madwar seba’ snin ilu, meta Franco “Bifo” Berardi kien qed jikteb Nifs: Kaos u Poeżija, 
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
- 
	
		
			- Awwissu 2025
 Nifs: Kaos u Poeżija #6(tr Karl Baldacchino)PuritàXi nkunu qed ngħidu meta ngħidu “realtà” jew “fatt”? Il-fatti jsirufl-isfera tal-konvenzjonijiet umani;it-terminu ġejmil-Latin facere, li tfisser “għamel”.Il-fatt huwal-prodott tas-semjożi fattwalital-individwi soċjali. Ur-realtà hijal-punt psikodinamiku ta’ intersezzjoni ta’ għadd kbir ta’ projezzjonijiet ta’ flussi ta’ simulazzjoni li jipproċedu minn organiżmi umani u minn magni semjotiċi.Ir-realtà ma teżistix minn qabell-att ta’ semjożi u ta’ komunikazzjoni; anzi, hija kostruzzjoni li temerġi minn suġġettivitajiet multipli. Dawk li jaħsbu lil-filosfi postmoderni qerdul-pedamenti tal-ħajja etika utad-demokrazija billi mminawil-fidi fil-verità fattwali qed jitfixklul-kawżi ul-effetti: il-filosfi ma qerduxil-bażi teoloġikatal-ħajja etika, huma sempliċiment ħabbru lil-ħajja etika m’għandhal-ebda bażi teoloġika, lil-ħajja etika hija għażla bbażata fuq interpretazzjoni u kondiviżjoni eżistenzjali.Is-sekwenza loġikatal-kawża ul-effett hija mħawda, ul-pedament tal-verità minsi. Għalhekk,l-għażla etika ma tistax tkun ibbażata fuq xi ċertezza teoloġika jew xi sinifikat fattwali evidenti. Għażla etika hija bbażata fuq kunflitt ta’ sensibilitajiet, u fuq għarfien ironikutar-relattività tas-simulazzjoni tagħna stesstad-dinja ,tal-projezzjoni tagħnatar-realtà .Is-sors tal-għarfien etiku mhuwiexil-konformità ma’ valuri teoloġiċi jew storiċi assoluti, immal-imħabba empatika għalina nfusna li ma tistax tkun diżassoċjatamill-benessri tal-oħrajn.
- 
	
		
			- Awwissu 2025
 AwwissuNistenniek 
 maġenb
 il-gżira moħbija bejn l-ilmijiet
 Bħax-xemx tisreġ fuqek
 Jien tempesta naħkem lili nnifisi
 It-tama tinħall minħabba xmuxek
 ma jifdal xejn għajr artijiet għerja
 Fiċ-ċpar imdennes ta’ Santa Maria
 F’sodod imqallba
 infittxu tarf ta’ fejn aħna
 Lożor ma’ saqajna mxarrbin
 Jiġbduna dejjem ’l isfel
 u nibqgħu negħrqu
 Riħa ta’ melħ taħt abtejk
 Nibqa’ fejn il-baħar
 Nibqa’ nistenniek
 Żmien jgħum f’ilma
 Mitluf f’għaraq ta’ ħsieb
 Dgħajjes bil-lest
 li jnaqqsu l-ilma bejnietna
 B’passejn nirfes fuq il-gżira
 Bis-saħħa tas-sħana t’Awwissu
 Nistenniek
- 
	
		
			- Awwissu 2025
 Invokazzjonijiet #9id-disa’Aphroconfuso 
 niftaħ beraħ it-tieqa ħanġra
 li tifga l-widna ta’ kull ħliqa
 t-twerżiqa li ngara bla ma nara
 ħa nisma’ sa fl-aħħar l-ereżija
 tas-sensi li nissopprimi f’ferneżija
 frak dal-intellett
 ma niflaħx ma nistax
 ma rridx is-sedattiv
 
 
 
- 
	
		
			- Awwissu 2025
 Invokazzjonijiet #10l-għaxarAphroconfuso 
 nogħla mill-aċtu nar l-infern
 fl-intern id-dardir it-tqalligħ
 li jivvumtani joħroġni minn
 ħalqi ħamiema bajda riesqa
 tittajjar lejk ħanina riesqa fuq
 regional road aphroconfuso
 nieżla. wieqfa. feruta. fl-art.
 
- 
	
		
			- Awwissu 2025
 Invokazzjonijiet #11il-ħdaxAphroconfuso 
 nżomm ma’ dan il-ħajt ħa naqla’
 s-sustanza qarsa ta’ kull trawma
 basla nneħħi ż-żarbun iżiegħed
 żrar inriegħed l-essenza l-kriżi
 brix il-ħsieb eżawrit sebgħi f’riqi
 nirreġetta l-eżistenza b’insistenza
 arana noħorġu f’daħna minn dan
 il-lembut aphroconfuso f’te —
 
 
 
Abbona