“Ma nistax nieħu nifs”,
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Ġunju 2024
Nifs: Kaos u Poeżija
(tr Karl Baldacchino)
Introduzzjoni
F’
dal-ktieb il-ġdid, li hu ddedikatlill-kundizzjoni ta’ qtugħ ta’ nifs kontemporanja tagħna, nirritorna għall-metaforatal-poeżija bħalal-unika triq għall-ħarbamis-soffokazzjoni . Illumil-poter hu bbażat fuq relazzjonijiet astratti bejn entitajiet numeriċi. Filwaqt lil-isfera finanzjarja hija ggvernatamill-algoritmi li jgħaqqdul-frattalji ta’ xogħol prekarju,l-isfera tal-ħajja hija invaduta minn flussi ta’ kaos li jipparalizzawil-ġisem soċjali u joħonqun-nifs u jifgawh. M’hemml-ebda ħarba politika minn dinin-nassa: il-poeżija biss, bħalal-eċċess ta’ skambju semjotiku, tista’ terġa’ tattivan-nifs .Il-poeżija biss tgħinnafl-apokalissi li diġà qed tifferoċja taħtl-effett ta’ deċennji ta’ assolutiżmu finanzjarju.Il-poeżija biss se ttaffit-tbatija ta’ moħħl-inġinier u ta’ moħħil-poeta , u se tkun qed taġixxi biex treġġa’ lural-ħakma tal-isfera finanzjarja fuqil-lingwa . The Uprising kien esejfil-ġenealoġija tal-qawwa finanzjarja,mil-lat tal-lingwa u partikolarmentmil-lat “tal-emanċipazzjoni tas-sinifikatmir-realtà ”, li antiċipatl-emanċipazzjoni tal-flusmill-ekonomija reali ul-kobba sħiħa ta’ astrazzjoni preżentifl-aħħar seklu. The Uprising kien dijanjosi ġenealoġika. Nifs huwa esej fuqit-terapija . Kif ser naġixxubis-soffokazzjoni li pproduċietl-astrazzjoni tull-istorja umana? Jeżisti ħruġmill-katavru tal-kapitaliżmu finanzjarju. -
- Ġunju 2024
Nifs: Kaos u Poeżija #1
(tr Karl Baldacchino)
Ma nistax nieħu nifs
Il-kaos u
r-ritmu humal-linja ta’ ħsieb ewlenija ta’ danil-ktieb , li jterraqfl-apokalissi ta’ żmienna:fit-tieni deċennjutas-seklu wieħed u għoxrin,il-pajsaġġ mentali ux-xena soċjali huma mgħarrqa minn flussi ta’ skuntentizza u vjolenza.Fil-poeżija tiegħu, Hölderlin jipprevedil-kaos tal-modernità un-nuqqas ta’ nifs li ġej. Hija problema ta’ kejl, jgħid hu. M’hemml-ebda kejl f’dinl-art , għalhekkis-sens ta’ kejl tagħna (ir-ritmu) huwa biss projezzjonitan-nifs tagħna:il-poeżija . Huwa għalhekk lil-bniedem jgħix poetikament, għalkemm “jistħoqqlu” mod ieħor. Hölderlin: “Jista’ bniedem iħares ’il fuq /Mit-tbatija totali ta’ ħajtu / U jgħid: Ħa nkun ukoll / Bħal dawn [allat]? Iva. Sakemm iddumit-tjubija , / Safja, ġewwa qalbu, jista’ jkejjel lilu nnifsubil-ferħ / Kontrad-divin .” -
- Ġunju 2024
Il-Kastell
Minn fuq is-swar tal-belt
tara għoljiet imwieġ iħaddru —
Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru.
Minn fuq il-fortizza
tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir;
Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt;
Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila.
Mat-turġien dojoq taċ-Ċittadella
żgħożitna ħolmot f’qarn qamar jitferra’;
ħelsienna ttajjar maż-żifef sal-baħar;
imħabbitna tnaqqxet mal-ħitan, daħket fil-ħemda. -
- 05.06.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
abjad
Sibt diffikultà nuża
l-kliem “raġel abjad” biex ngħid “white male”bil-Malti .Bl-Ingliż , meta jintużadal-kliem , dejjem hemmis-sens ta’ deskrizzjoni legali/ġuridika jew deskrizzjonijiet ta’ suspettati u kriminalifil-gazzetti ul-films; u allural-kritika mibnija ġewwat-terminu minnu nnifsu diġà.Bil-Malti m’hemmx dikl-użanza li “raġel abjad” hija kollokazzjoni li ġġorr danis-sinifikat . Meta użajtha, ħassejt li tlift ftit minn dak li kont qed nipprova ngħid.L-istess għall-kliem assoċjat, eżempju “suġġett abjad”, “suġġett abjadtal-Punent ”, “privileġġ abjad” jewl-iktar xieraq “vantaġġ abjad”. -
- Djarju 13.03.2024
L-ewwel kitba dik kulma hi, tafal
Nixtieq inżomm djarju, biex forsi nsib irkaptu ta’ ħsibijieti u nġiegħel lil dawn
l-ideat għażżenin jieħdu forma. Xtrajt ktieb ġdid apposta. Iswed u rqiq, jidħolfil-basket ,bil-karti bojodbil-linji griżi. Hawn nikteb xi ħaġa ġdida, ubil-Malti . Ġieli nemmen li jien m’għandix xi ngħid; li m’għandixx’nikteb . Ngħid, jien min jien biex nistenna li xi ħadd ħa jaqra kliemi? Tifhmunix ħażin — dan mhux xi sinjal ta’ kemm jien dħulija. Dan sintomu nevrotiku. Din skuża, għaxil-kitba diffiċli, taqlagħlek fwiedek, tirrikjedi ħafna xogħol. U jekk m’għandix xi ngħid, mela ’qas ħaqqil-battikata . Imma jekk int kittieba, tikteb trid. M’hemmxx’tagħmel . Forsi f’ħajja oħra niġi għasfur, dawk dejjem isibu xi jgħidu. Ilis-snin nikteb. Dawnl-iskużi mhumiex ġodda. Suppost ili li tgħallimt u aċċettajt li meta tibda tikteb xi ħaġa, mhix se tkun perfettamill-ewwel . Jaf ma tkun perfetta qatt, anzi. Immafil-bidu ,l-importanti li jirnexxilek tniżżel xi ħaġa fuqil-paġna . Anki jekk tkun xi ftittan-nejk .Il-kitba ġieli nimmaġinaha bħall-iskultura: irid ikollok biċċa tafal biex tibda tagħtiha forma. Ħa taħdimha u tarmi minnha mhux ħażin sakemm toħroġil-figura li taqbel ma’ dik li kellek f’moħħok meta ġietekl-idea . Ul-ewwel kitba dik kulma hi, tafal.
Abbona